Left arrow Mur Lura

Iffirmat Memorandum of Understanding mal-Portugall fil-qasam tal-mobilità elettrika. - Aktar karozzi elettriċi, anqas emmissjonijiet, livell ta’ saħħa aħjar

pr2356
Date Icon 16/12/2010
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet RuraliGeorge Pullicino, iffirma ftehim ta’ kollaborazzjoni mal-Portugall fil-qasam tal-mobilità elettrika biex fix-xhur li ġejjin pajjiżna jibda jara żviluppi ta’ twaqqif tal-infrastruttura meħtieġa għall-introduzzjoni ta’ vetturi elettriċi moderni fis-suq.
Danl-iffirmar ta’ impenn bejn il-pajjiżi seħħ propju f’Liżbona fil-Portugall fil-preżenza ta’ Prof Carlos Zorrinho is-Segretarju tal-Istat Portugiż għall-Enerġija u l-Innovazzjoni. Dan il-ftehim milħuq għandu fost affarijiet oħra jara l-bidu tal-implimentazzjoni f’pajjiżna ta’ network ta’ charging points għall-vetturi elettriċi.
Waqtlaqgħa bilaterali li l-Ministru Pullicino kellu mas-Segretarju tal-Istat Portugiż għall-Enerġija u l-Innovazzjoni Carlos Zorrinho,  ġiet diskussa l-importanza ta’ użu ikbar ta’ ġenerazzjoni ta’ enerġija minn sorsi nodfa ta’ enerġija. Il-Portugall għandu l-mira li sas-sena 2020, 60% tal-enerġija li jipproduċi tkun ġejja minn sorsi nodfa.
Bħalariżultat tal-impenn tal-Gvern Portugiż, l-kumpanija Renault-Nissan iddeċidiet li tuża minn tal-ewwel lill-Portugall għat-tnedija tal-electric cars li se toħroġ fl-2011. Il-Ministru Pullicino ra kif jitħaddmu dawn il-karozzi u waqt li saq karozza elettrika ra t-tħaddim ta’ wieħed mic-charging points li hemm fit-toroq ta’ Liżbona, biex permezz tagħhom l-karozza tingħata l-enerġija li teħtieġ.
Hu mistenni li fix-xhur li ġejjin fis-suqinternazzjonali jkun hawn ferm aktar vetturi elettriċi simili fid-daqs u fl-għamla tal-vetturi konvenzjonali. Dan se jseħħ permezz tal-investimenti kbar li l-manifatturi l-kbar tal-karozzi qegħdin jagħmlu. Numru ta’ kumpaniji kbar bħal Renault/Nissan, Vauxhall, Mitsubishi, Chrysler/FIAT diġà ħabbru li fix-xhur li ġejjin se jpoġġu fuq is-swieq internazzjonali numru kbir ta' electric cars ġodda.
Għalhekk il-Gvern b’mod proattiv fil-budgetli fassal għas-sena d-dieħla ħabbar numru ta’ miżuri ntiżi biex aktar familji jagħżlu li jinvestu f’karozza elettrika. Malta għandha oġġettiv indikattiv ta’ 5,000 vettura elettrika sas-sena 2020 bħala parti mill-pjan ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet. Hu kkalkulat li 16% tal-emissjonijiet kollha li nsibu f’pajjiżna huma kkawżati mill-karozzi. Hu rikonoxxut li l-karozzi elettriċi ma jipproduċux exhaust u jikkontribwixxu biss terz tal-carbon dioxide tal-karozzi konvenzjonali.
Għalhekk, matul l-aħħar snin, il-Gvern beda riformabl-iskop li jkun hawn vetturi aktar nodfa, iżgħar u ġodda fit-toroq Maltin. Fl-2009 saret riforma fit-taxxa tar-reġistrazzjoni u liċenzjar ta’ vetturi magħrufa bħala M1, biex issa din hija kkalkulata fuq l-emmissjonijiet, it-tul ta’ vettura, u l-valur tagħha. Il-Gvern beda inċentiv lill-pubbliku biex jiskrappja karozza l-qadima meta dan jixtri waħda ġdida. Il-karozza l-ġdida jrid ikollha livell baxx ta’ emissjonijiet, tagħmel anqas ħsara lill-ambjent u ta’ daqs stipulat. Il-benefiċċju hu ta’ 15.25% fuq il-valur tal-vettura, sa massimu ta’ €2,000.
Barradan il-benefiċċju, il-Gvern se jkun qed joffri wkoll skema fejn persuna li tixtri vettura elettrika tista’ tibbenefika minn sussidju sa  €5,000 għall-installazzjoni ta’ grid connected renewable energy sources. Ma’ dan il-Gvern se jniżżel il-liċenzja annwali ta’ ċirkolazzjoni minn €75 għal €10 għall-vetturi elettriċi kollha.
Danl-iffirmar tal-lum ikompli juri u jirriafferma l-impenn tal-Gvern biex pajjiżna jibqa’ jinvesti f’enerġija nadifa, biex b’hekk ilkoll ingawdu minn arja aktar nadifa u livell ta’ saħħa aħjar.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow