Iffirmat Memorandum of Understanding mal-Portugall fil-qasam tal-mobilità elettrika. - Aktar karozzi elettriċi, anqas emmissjonijiet, livell ta’ saħħa aħjar
pr2356
16/12/2010
| Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali | George Pullicino, iffirma ftehim ta’ kollaborazzjoni mal-Portugall fil-qasam tal-mobilità elettrika biex fix-xhur li ġejjin pajjiżna jibda jara żviluppi ta’ twaqqif tal-infrastruttura meħtieġa għall-introduzzjoni ta’ vetturi elettriċi moderni fis-suq. |
| Dan | l-iffirmar ta’ impenn bejn il-pajjiżi seħħ propju f’Liżbona fil-Portugall fil-preżenza ta’ Prof Carlos Zorrinho is-Segretarju tal-Istat Portugiż għall-Enerġija u l-Innovazzjoni. Dan il-ftehim milħuq għandu fost affarijiet oħra jara l-bidu tal-implimentazzjoni f’pajjiżna ta’ network ta’ charging points għall-vetturi elettriċi. |
| Waqt | laqgħa bilaterali li l-Ministru Pullicino kellu mas-Segretarju tal-Istat Portugiż għall-Enerġija u l-Innovazzjoni Carlos Zorrinho, ġiet diskussa l-importanza ta’ użu ikbar ta’ ġenerazzjoni ta’ enerġija minn sorsi nodfa ta’ enerġija. Il-Portugall għandu l-mira li sas-sena 2020, 60% tal-enerġija li jipproduċi tkun ġejja minn sorsi nodfa. |
| Bħala | riżultat tal-impenn tal-Gvern Portugiż, l-kumpanija Renault-Nissan iddeċidiet li tuża minn tal-ewwel lill-Portugall għat-tnedija tal-electric cars li se toħroġ fl-2011. Il-Ministru Pullicino ra kif jitħaddmu dawn il-karozzi u waqt li saq karozza elettrika ra t-tħaddim ta’ wieħed mic-charging points li hemm fit-toroq ta’ Liżbona, biex permezz tagħhom l-karozza tingħata l-enerġija li teħtieġ. |
| Hu mistenni li fix-xhur li ġejjin fis-suq | internazzjonali jkun hawn ferm aktar vetturi elettriċi simili fid-daqs u fl-għamla tal-vetturi konvenzjonali. Dan se jseħħ permezz tal-investimenti kbar li l-manifatturi l-kbar tal-karozzi qegħdin jagħmlu. Numru ta’ kumpaniji kbar bħal Renault/Nissan, Vauxhall, Mitsubishi, Chrysler/FIAT diġà ħabbru li fix-xhur li ġejjin se jpoġġu fuq is-swieq internazzjonali numru kbir ta' electric cars ġodda. |
| Għalhekk il-Gvern b’mod proattiv fil-budget | li fassal għas-sena d-dieħla ħabbar numru ta’ miżuri ntiżi biex aktar familji jagħżlu li jinvestu f’karozza elettrika. Malta għandha oġġettiv indikattiv ta’ 5,000 vettura elettrika sas-sena 2020 bħala parti mill-pjan ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet. Hu kkalkulat li 16% tal-emissjonijiet kollha li nsibu f’pajjiżna huma kkawżati mill-karozzi. Hu rikonoxxut li l-karozzi elettriċi ma jipproduċux exhaust u jikkontribwixxu biss terz tal-carbon dioxide tal-karozzi konvenzjonali. |
| Għalhekk, matul l-aħħar snin, il-Gvern beda riforma | bl-iskop li jkun hawn vetturi aktar nodfa, iżgħar u ġodda fit-toroq Maltin. Fl-2009 saret riforma fit-taxxa tar-reġistrazzjoni u liċenzjar ta’ vetturi magħrufa bħala M1, biex issa din hija kkalkulata fuq l-emmissjonijiet, it-tul ta’ vettura, u l-valur tagħha. Il-Gvern beda inċentiv lill-pubbliku biex jiskrappja karozza l-qadima meta dan jixtri waħda ġdida. Il-karozza l-ġdida jrid ikollha livell baxx ta’ emissjonijiet, tagħmel anqas ħsara lill-ambjent u ta’ daqs stipulat. Il-benefiċċju hu ta’ 15.25% fuq il-valur tal-vettura, sa massimu ta’ €2,000. |
| Barra | dan il-benefiċċju, il-Gvern se jkun qed joffri wkoll skema fejn persuna li tixtri vettura elettrika tista’ tibbenefika minn sussidju sa €5,000 għall-installazzjoni ta’ grid connected renewable energy sources. Ma’ dan il-Gvern se jniżżel il-liċenzja annwali ta’ ċirkolazzjoni minn €75 għal €10 għall-vetturi elettriċi kollha. |
| Dan | l-iffirmar tal-lum ikompli juri u jirriafferma l-impenn tal-Gvern biex pajjiżna jibqa’ jinvesti f’enerġija nadifa, biex b’hekk ilkoll ingawdu minn arja aktar nadifa u livell ta’ saħħa aħjar. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003