Left arrow Mur Lura

ME&U FEST – PREŻENTAZZJONI TAL-PREMJIJIET TAL-KOMPETIZZJONI GĦAT-TFAL

pr2350
Date Icon 16/12/2010
Danl-aħħar saret il-preżentazzjoni tal-premjijiet lir-rebbieħa tal-kompetizzjoni tat-tpinġija għat-tfal li kienet organizzata bħala parti mill-festival mE&U fest li ttella’ f’Settembru 2010.
Il-mE&U fest kien l-attivita` prinċipali mtella’fl-2010 biex jingħata aktar tagħrif u informazzjoni dwar il-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013. Il-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013 hija l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea li biha d-differenzi ekonomiċi u soċjali li jeżistu fost is-27 Stat Membru jitnaqqsu.  Il-Fondi Strutturali 2007-2013 jipprovdu l-finanżi sabiex dawn il-miri jintlaħqu.
Id-Dipartimentgħall-Ippjanar u Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD), fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru organizza l-mE&U fest nhar il-5 ta’ Settembru f’Għawdex u nhar it-8 ta’ Settembru f’Malta.  In-nies li żaru l-avvenimenti ngħataw informazzjoni dwar xi tfisser il-Politika ta’ Koeżjoni għal Malta u Għawdex u setgħu jaraw eżempji ta’ proġetti li qegħdin isiru permezz tal-Fondi Strutturali 2007-2013.  Dan kollu seħħ fi sfond ta’ wirjiet  minn kantanti u artisti lokali.
Il-festival kien jinkludi kompetizzjoni tat-tpinġijagħat-tfal. Biex jipparteċipaw fil-kompetizzjoni, it-tfal kellhom jinterpretaw waħda mit-temi li kienu qed jiġu ppreżentati waqt il-festival: l-opportunitajiet tax-xogħol; l-ambjent ta’ madwarna, kemm dak mibni kif ukoll dak naturali; ix-xjenza u t-teknoloġija; u s-saħħa u l-edukazzjoni.
Ir-rebbieħa kienu Philip Paul Grima ta’ 8 sninmis-Sannat u Glenn Curmi ta’ 12-il sena mill-Munxar; u Leon Bartolo ta’ 6 snin mill-Għargħur u Christina Vassallo ta’ 12-il sena mill-Ħamrun.  Kull rebbieħ ingħata voucher għal ktieb tal-għażla tagħhom kif ukoll pakkett ta’ oġġetti promozzjonali bħala tifkira tal-okkażjoni.  Is-sur Stephen Calleja, Direttur (Programmi u Proġetti) fil-PPCD qassam il-premjijiet.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow