ME&U FEST – PREŻENTAZZJONI TAL-PREMJIJIET TAL-KOMPETIZZJONI GĦAT-TFAL
pr2350
16/12/2010
| Dan | l-aħħar saret il-preżentazzjoni tal-premjijiet lir-rebbieħa tal-kompetizzjoni tat-tpinġija għat-tfal li kienet organizzata bħala parti mill-festival mE&U fest li ttella’ f’Settembru 2010. |
| Il-mE&U fest kien l-attivita` prinċipali mtella’ | fl-2010 biex jingħata aktar tagħrif u informazzjoni dwar il-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013. Il-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013 hija l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea li biha d-differenzi ekonomiċi u soċjali li jeżistu fost is-27 Stat Membru jitnaqqsu. Il-Fondi Strutturali 2007-2013 jipprovdu l-finanżi sabiex dawn il-miri jintlaħqu. |
| Id-Dipartiment | għall-Ippjanar u Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD), fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru organizza l-mE&U fest nhar il-5 ta’ Settembru f’Għawdex u nhar it-8 ta’ Settembru f’Malta. In-nies li żaru l-avvenimenti ngħataw informazzjoni dwar xi tfisser il-Politika ta’ Koeżjoni għal Malta u Għawdex u setgħu jaraw eżempji ta’ proġetti li qegħdin isiru permezz tal-Fondi Strutturali 2007-2013. Dan kollu seħħ fi sfond ta’ wirjiet minn kantanti u artisti lokali. |
| Il-festival kien jinkludi kompetizzjoni tat-tpinġija | għat-tfal. Biex jipparteċipaw fil-kompetizzjoni, it-tfal kellhom jinterpretaw waħda mit-temi li kienu qed jiġu ppreżentati waqt il-festival: l-opportunitajiet tax-xogħol; l-ambjent ta’ madwarna, kemm dak mibni kif ukoll dak naturali; ix-xjenza u t-teknoloġija; u s-saħħa u l-edukazzjoni. |
| Ir-rebbieħa kienu Philip Paul Grima ta’ 8 snin | mis-Sannat u Glenn Curmi ta’ 12-il sena mill-Munxar; u Leon Bartolo ta’ 6 snin mill-Għargħur u Christina Vassallo ta’ 12-il sena mill-Ħamrun. Kull rebbieħ ingħata voucher għal ktieb tal-għażla tagħhom kif ukoll pakkett ta’ oġġetti promozzjonali bħala tifkira tal-okkażjoni. Is-sur Stephen Calleja, Direttur (Programmi u Proġetti) fil-PPCD qassam il-premjijiet. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003