Left arrow Mur Lura

L-iskart riċiklabbli miġbur nhar ta’ Tlieta żdied b’25 fil-mija

pr2349
Date Icon 16/12/2010
Permezztal-iskema ‘Nirriċiklaw it-Tlieta’, bejn Jannar u Novembru ta’ din is-sena, inġabru 8,700 tunnellata ta’ skart għar-riċiklaġġ li kien separat mill-familji fid-djar tagħhom. Dan ifisser żieda ta’ 25 fil-mija fuq l-istess perjodu tas-sena li għaddiet. B’kuntrast, l-iskart domestiku li mhux qed ikun separat, naqas b’20 fil-mija. Ta’ interess hu wkoll il-fatt li l-użu tas-Civic Amenity Sites qed jiżdied tant li fl-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena, fihom daħlu mat-18,000 tunnellata ta’ skart riċiklabbli.
Dan qalus-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said meta lbieraħ filgħaxija tkellem waqt il-Green Awards, serata organizzata mill-kumpanija Green MT u li matulha kienu ppremjati l-Kunsilli Lokali li l-aktar jieħdu inizjattivi ambjentali b’mod partikolari biex jinġabar skart u skart riċiklabbli fil-lokalitajiet tagħhom. Green MT tħaddem is-sistema tal-ġbir tal-iskart f’41 lokalità fil-gżejjer Maltin.
Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop irċieva l-ewwelpremju għax ġabar 66kg ta’ skart ir-ras f’sena. Ta’ Xbiex b’65kg u Birkirkara b’46kg rebħu t-tieni u t-tielet premju rispettivament. Ingħataw ukoll rikonoxximenti lill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u lir-Reġjun Għawdex fost l-oħrajn.
Fid-diskors tiegħu s-Segretarju Parlamentari ChrisSaid feraħ lill-Kunsilli Lokali rebbieħa u qal li dawn għandhom ikunu ta’ eżempju kemm għal Kunsilli Lokali oħra kif ukoll għar-residenti tagħhom.
ChrisSaid semma deċiżjonijiet diffiċli iżda għaqlija li ttieħdu mill-Gvern fis-snin li għaddew biex jiżdied il-ġbir tal-iskart separat li jmur għar-riċiklaġġ, biex tiżdied il-ġenerazzjoni ta’ enerġija nadifa u biex jonqos it-tniġġiż fl-arja. Fost l-oħrajn ingħalqu l-miżbliet tal-Magħtab, tal-Qortin f’Għawdex, oħrajn kienu riabilitati, bdiet titħaddem b’suċċess strateġija ħolistika għall-immaniġġjar tal-iskart, tlesta il-proġett tal-impjant għat-trattament tal-iskart fl-Impjant ta’ Sant’Antnin fejn qed ikun riċiklat terz tal-iskart kollu mormi fil-gżejjer Maltin. Barra minn hekk, il-Gvern ilu s-snin jinċentiva organizzazzjonijiet, kumpaniji, kunsilli lokali u anki familji u individwi biex jinvestu f’tagħmir li jipproduċi enerġija nadifa.
Dawnid-deċiżjonijiet u l-inċentivi kollha qed iwasslu biex qed fil-gżejjer Maltin qed jiżdied il-konsum ta’ enerġija li tħammeġ anqas, u qed jinħolqu mijiet ta’ green jobs. B’dawn l-inizjattivi u oħrajn Malta se tkunu qed tilħaq il-mira stabbilita mill-Unjoni Ewropea biex sal-2020 it-tniġġiż fl-arja jonqos b’20 fil-mija. Chris Said semma kif numru ta’ Sindki Maltin u Għawdxin, aktar kmieni din is-sena, kienu fost mijiet ta’ Sindki Ewropej oħra li ffirmaw il-Patt tas-Sindki u wegħdu li anki huma jagħtu l-kontribut tagħhom biex din il-mira tintlaħaq.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow