Left arrow Mur Lura

SEMINAR INTERNAZZJONALI F’GHAWDEX JITTRATTA L-EDUKAZZJONI FID-DIMENZJONI EWROPEA

pr2347
Date Icon 15/12/2010
Madwargħoxrin kap tal-iskola u uffiċjali oħra mpenjati fil-qasam edukattiv ġewwa Sqallija jinsabu Għawdex biex jipparteċipaw f’seminar li fih qed jieħdu sehem ukoll kapijiet ta’ skejjel u uffiċjali oħra mill-qasam edukattiv f’Għawdex. Dan is-seminar, li huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu, qed jinżamm bħala parti minn proġett iffinanzjat mill-programm tal-Unjoni Ewropea Comenius-Regio. Il-parteċipazzjoni ta’ Għawdex f’dan il-proġett hi rappreżentata mill-Kulleġġ ta’ Għawdex, l-Iskola Primarja tar-Rabat, il-Kunsill Lokali tar-Rabat u l-klabb S K Victoria Wanderers.
Is-seminar organizzat f’Għawdex ittratta t-tema‘Id-dimensjoni Ewropea fil-qasam Edukattiv’ u dawk li pparteċipaw tkellmu fost l-oħrajn dwar it-teatru bħala strument fil-pedagoġija kif ukoll fuq sistemi edukattivi speċifiċi. Waqt li kienet qed tinawgura s-seminar, l-Onor Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, spjegat kif minkejja ċ-ċokon tal-gżira ta’ Għawdex, l-istudenti Għawdxin qed jibbenefikaw minn sistema edukattiva li qed ikollha riżultati pożittivi f’kull livell. Il-Ministru spjegat kif dan huwa wkoll riżultat tal-investiment kontinwu li sar f’dawn l-aħħar snin fil-qasam edukattiv kemm mil-lat infrastrutturali kif ukoll minn dak tar-riżors uman. ‘Huwa wkoll riżultat tal-introduzzjoni ta’ sistema edukattiva inklużiva li tħares lejn l-abiltajiet ta’ kull student biex ħadd ma jibqa’ lura’ żiedet tgħid il-Ministru Debono. Hija rreferiet ukoll għall-inawgurazzjoni tal-iskola sekondarja ġdida ftit jiem ilu, li kienet ukoll il-post fejn inżamm dan is-seminar f’Għawdex.
Permezzta’ dan il-proġett għalliema u studenti tas-sitt sena mill-iskola primarja tar-Rabat Għawdex għamlu żjara ġewwa Pollina fi Sqallija fejn attendew għall-festival tad-drama li jsir ta’ kull sena. Hu maħsub li grupp ieħor jerġa’ jagħmel żjara simili matul is-sajf li ġej. L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jżid il-mobilità bejn studenti u kapijiet ta’ skejjel fejn jiġu faċilitati esperjenzi ta’ skambji u ħbiberiji ġodda filwaqt li jiġu promossi metodi ta’ tagħlim kreattiv.
Il-parteċipazzjoni ta’ entitajiet Għawdxin f’danil-proġett ġiet deskritta bħala inizjattiva li twessa’ l-opportunitajiet kemm għall-istudenti kif ukoll għal dawk involuti fil-qasam edukattiv f’Għawdex. Dan huwa wkoll ta’ benefiċċju mill-aspett komunikattiv bejn studenti u għalliema li jgħixu f’reġjuni żgħar, li ħafna drabi jiltaqgħu ma’ sfidi partikolari bħal ma huma dawk ikkawżati mill-insularità.
Waqtiż-żjara tagħhom f’Għawdex il-parteċipanti barranin ingħataw l-opportunita li jżuru siti storiċi u ta’ attrazzjoni turistika f’Għawdex.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow