ZJARA TAL-VAPUR TAL-PASSIGGIERI MS ISLAND SKY F’GHAWDEX
pr2346
15/12/2010
| Il-vapur | tal-passiġġieri MSIsland Sky għamel waqfa ta’ ġurnata f’Għawdex. Dan il-vapur, li l-aġenti tiegħu f’Malta huma rappreżentati mill-kumpanija Thomas Smith, qed iġorr 83 passiġġier, il-maġġor parti tagħhom mir-Renju Unit flimkien ma’ 69 membru tal-ekwipaġġ. Għalkemm żgħir fid-daqs, l-MS Island Sky joffri faċilitajiet u servizz ta’ livell ta’ ħames stilel. Huwa qed jagħmel mawra f’pajjiżi fil-Mediterran u sa issa żar portijiet fil-Ġordan, l-Eġittu u l-Libja. |
| Il-Kaptan Torbjörn Svensson ta merħba | lill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, fi żjara qasira li hija għamlet fuq l-MS Island Sky. Preżenti kien hemm ukoll fost l-oħrajn is-Sur Joe Gerada, Direttur Maniġerjali tal-kumpanija Thomas Smith, l-aġenti tal-vapur. Il-Ministru Debono esprimiet is-sodisfazzjon tagħha dwar il-fatt li l-MS Island Sky ġab lejn Għawdex turisti ta’ kwalità fi żmien relattivament kwiet tas-sena. Hija rreferiet għall-fatt li numru ta’ vapuri qegħdin jinkludu lil Għawdex fl-iskeda ta’ waqfiet tagħhom u spjegat kif minbarra li joħloq attività turistika, dan iservi wkoll bħala mezz ta’ reklamar effettiv għas-settur turistiku Għawdxi. Il-Ministru Giovanna Debono fissret kif l-impenn kontinwu tal-Ministeru għal Għawdex b’kollaborazzjoni ma’ aġenti u operaturi fis-settur, ser ikompli jkabbar il-potenzjal ta’ Għawdex fl-attrazzjoni ta’ turiżmu minn dan il-qasam. Il-Ministru għal Għawdex irringrazzjat lill-Kaptan flimkien mal-aġenti li kienu strumentali għaż-żjara tal-MS Island Sky f’Għawdex. |
| Il-faċilitajiet | offruti fuq l-MS Island Sky jinkludu 60 kabina – lkoll spazjużi u b’veduti għal barra, librerija, lounge area, u restorant fuq ġewwa. Il-passiġġieri jkollhom ukoll l-opportunità li jieklu f’restorant ieħor fuq in-naħa ta’ barra tal-vapur, li għandu wkoll pixxina bil-jacuzzi, kif ukoll gym żgħir. |
| L-MS | Island Sky ħalla Għawdex għall-Port il-Kbir, fejn mistenni jqatta’ jumejn qabel ma jkompli fi triqtu għal Libja, l-Eġittu, il-Libanu u Ċipru. |
| Matul | din is-sena daħlu Għawdex seba’ vapuri tal-passiġġieri li bejniethom kienu qed iġorru madwar 3,050 persuna. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003