MEDICAL UPDATE FROM THE MATER DEI MEDICAL TEAM REGARDING HEALTH SITUATION OF EX PRIME MINISTER MR DOM MINTOFF
pr2344
15/12/2010
| Wasal l-istaġun tal-Festi u kulħadd jaf li mdorrijin | nieħdu xi grokk jew tnejn mal-ħbieb. Pero` bħal kwalunkwe ħaġa oħra f’din id-dinja, jekk wieħed ma jkunx responsabbli jista’ jkun hemm konsegwenzi gravi minħabba x-xorb aċċessiv bħal ħsara lis-saħħa tal-persuni, inċidenti gravi u anke mwiet. In-numru ta’ mwiet l-aktar f’eta` żagħżugħa huwa fatt li jħalli effett kbir fuq il-familjari u l-ħbieb. Inċident tat-traffiku minħabba xorb alkoħoliku jista’ jħalli persuna ġo wheel chair u dipendenti fuq ħaddiehor għall-għomru. Din hija l-verita` qarsa dwar l-alkoħol. |
| Huwa | pprovat xjentifikament li l-alkoħol ifixkel il-kapaċitajiet bażiċi tal-bniedem fis-sewqan, anke f’ammonti baxxi. L-alkoħol ifixkel il-viżjoni tas-sewwieq, il-mod li jipproċessa l-informazzjoni ta’ madwaru u l-attenzjoni tiegħu fuq it-triq. Ifixkel ukoll kif is-sewwieq idawwar l-istering u l-mod kif jaħseb. Fil-fatt, meta taħseb fuqha, hija mpossibbli li persuna tista’ tħaddem magna daqshekk ikkumplikata u li għandha bżonn daqshekk attenzjoni, bl-iċken ammont ta’ alkoħol ġo fiha. |
| Hemm | ħafna x’jista jsir biex nevitaw dan kollu u nkunu nistgħu ngawdu l-festi li ġejjin kif jixraq. Aħna nawguraw li kulħadd ikun responsabbli fil-konsum tal-alkoħol, meta u fejn nixorbu huwa importanti daqs kemm huwa importanti l-ammont. Meta nkunu barra mid-dar, irridu nkunu responsabbli għalina nfusna u għal ta’ madwarna. U d-dar, ħafna drabi grokk jiswa daqs tlieta, u anke hawn irridu nuru responsabbilta` lejn min ġie jżurna u ser isuq lura. |
| Biex | niddevertu, m’hemmx bżonn li nixorbu l-alkoħol bla rażan. Nistgħu, anzi għandna, naraw kif ser innaqqsu l-konsum tal-alkoħol dejjem, u mhux f’dawn il-festi biss. Meta nixorbu żżejjed ma tantx nistgħu ngawdu dak kollu li qed jiġri madwarna. Wara kollox, hemm xorb ieħor li nistgħu nfittxu minflok dawk magħmul bl-alkoħol. |
| Iżda fuq | kollox, irridu nippjanaw u naħsbu minn qabel min ser isuq lura d-dar. Il-parir tagħna dejjem kien u jibqa’, li ikun hemm membru tal-familja, jew wieħed mill-klikka tal-ħbieb, li ma jixrobx u jsuq hu. Darb’oħra jmiss lil xi ħadd ieħor. Dan l-individwu jkun il-veru ħabib għax jista’ jkun li jsalva l-ħajja ta’ kullħadd. Illum ukoll daħlet id-drawwa li jintużaw mezzi oħra tat-trasport, bħal trasport pubbliku, taxis u minibuses li qegħdin hemmhekk biex jagħtu servizz meta l-aktar għandna bżonnu. Is-servizz qiegħed hemm u għandna nagħmlu l-aħjar użu minnu. |
| Il-festi | għandna u nistgħu ngawduhom bl-aktar mod san billi nibżgħu għalina nfusna u għall-xulxin u nkunu responsabbli f’dak kollu li nagħmlu. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003