Left arrow Go Back

MEDICAL UPDATE FROM THE MATER DEI MEDICAL TEAM REGARDING HEALTH SITUATION OF EX PRIME MINISTER MR DOM MINTOFF

pr2344
Date Icon 15/12/2010
Wasal l-istaġun tal-Festi u kulħadd jaf li mdorrijinnieħdu xi grokk jew tnejn mal-ħbieb. Pero` bħal kwalunkwe ħaġa oħra f’din id-dinja, jekk wieħed ma jkunx responsabbli jista’ jkun hemm konsegwenzi gravi minħabba x-xorb aċċessiv bħal ħsara lis-saħħa tal-persuni, inċidenti gravi u anke mwiet. In-numru ta’ mwiet l-aktar f’eta` żagħżugħa huwa fatt li jħalli effett kbir fuq il-familjari u l-ħbieb. Inċident tat-traffiku minħabba xorb alkoħoliku jista’ jħalli persuna ġo wheel chair u dipendenti fuq ħaddiehor għall-għomru. Din hija l-verita` qarsa dwar l-alkoħol.
Huwapprovat xjentifikament li l-alkoħol ifixkel il-kapaċitajiet bażiċi tal-bniedem fis-sewqan, anke f’ammonti baxxi. L-alkoħol ifixkel il-viżjoni tas-sewwieq, il-mod li jipproċessa l-informazzjoni ta’ madwaru u l-attenzjoni tiegħu fuq it-triq. Ifixkel ukoll kif is-sewwieq idawwar l-istering u l-mod kif jaħseb. Fil-fatt, meta taħseb fuqha, hija mpossibbli li persuna tista’ tħaddem magna daqshekk ikkumplikata u li għandha bżonn daqshekk attenzjoni, bl-iċken ammont ta’ alkoħol ġo fiha.
Hemmħafna x’jista jsir biex nevitaw dan kollu u nkunu nistgħu ngawdu l-festi li ġejjin kif jixraq. Aħna nawguraw li kulħadd ikun responsabbli fil-konsum tal-alkoħol, meta u fejn nixorbu huwa importanti daqs kemm huwa importanti l-ammont. Meta nkunu barra mid-dar, irridu nkunu responsabbli għalina nfusna u għal ta’ madwarna. U d-dar, ħafna drabi grokk jiswa daqs tlieta, u anke hawn irridu nuru responsabbilta` lejn min ġie jżurna u ser isuq lura.
Biexniddevertu, m’hemmx bżonn li nixorbu l-alkoħol bla rażan. Nistgħu, anzi għandna, naraw kif ser innaqqsu l-konsum tal-alkoħol dejjem, u mhux f’dawn il-festi biss. Meta nixorbu żżejjed ma tantx nistgħu ngawdu dak kollu li qed jiġri madwarna. Wara kollox, hemm xorb ieħor li nistgħu nfittxu minflok dawk magħmul bl-alkoħol.
Iżda fuqkollox, irridu nippjanaw u naħsbu minn qabel min ser isuq lura d-dar. Il-parir tagħna dejjem kien u jibqa’, li ikun hemm membru tal-familja, jew wieħed mill-klikka tal-ħbieb, li ma jixrobx u jsuq hu. Darb’oħra jmiss lil xi ħadd ieħor. Dan l-individwu jkun il-veru ħabib għax jista’ jkun li jsalva l-ħajja ta’ kullħadd. Illum ukoll daħlet id-drawwa li jintużaw mezzi oħra tat-trasport, bħal trasport pubbliku, taxis u minibuses li qegħdin hemmhekk biex jagħtu servizz meta l-aktar għandna bżonnu. Is-servizz qiegħed hemm u għandna nagħmlu l-aħjar użu minnu.
Il-festigħandna u nistgħu ngawduhom bl-aktar mod san billi nibżgħu għalina nfusna u għall-xulxin u nkunu responsabbli f’dak kollu li nagħmlu.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow