Left arrow Mur Lura

Iffirmata l-koncessjoni tal-Marinas tal-Imsida u ta’ Ta’ Xbiex: investiment fit-tishih tas-settur tal-Yachting f’pajjizna

pr2342
Date Icon 15/12/2010
Il-konsorzju Creek Foundation se tkun qed tinvesti€5.7m biex ittejjeb il-marinas tal-Imsida u ta’ Ta’ Xbiex wara li llum kien iffirmat il-kuntratt li permezz tiegħu dawn il-marinas ngħataw b’konċessjoni għall-25 sena mill-Gvern għand l-istess Fondazzjoni.
Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u InvestimentTonio Fenech saħaq li dan l-investiment, li qed isir minn konsorzju ta’ sidien ta’ jottijiet, huwa turija ta’ fiduċja f’settur li għandu potenzjal qawwi fl-ekonomija ta’ pajjiżna, u li qed jattira lejh numru dejjem akbar ta’ Maltin kif ukoll barranin. Huwa esprima l-konvinzjoni tiegħu li l-esperjenza tal-operatur il-ġdid fis-settur għandha sservi ta’ inċentiv biex isir it-titjib meħtieġ fil-marinas b’mod li jkompli jissaħħaħ il-kwalità ta’ dan il-prodott, li kull ma jmur qed isir parti dejjem aktar importanti minn dak li pajjiżna għandu x’joffri fil-qasam turistiku. Din it-trasformazzjoni hija parti mill-proċess li għandha twassalna biex noħolqu livelli ta’ eċċellenza, f’oqsma bħat-turiżmu, skont il-Viżjoni 2015.
Il-Ministru Austin Gatt qal li “l-iffimar tal-lumjimmarka l-mixja ta’ Transport Malta minn operatur għal regolatur. L-unika marina zgħira li fadal f’idejn TM hija dik ta’ Gżira Gardens minħabba li hemm applikazzjoni quddiem il-MEPA għall-pontoon ġdid biex jiżdiedu 40 irmiġġ ieħor. Għalhekk il-marinas issa huma kollha f’idejn il-privat u r-regolamenti bil-Legal Notice preżenti se jispiċċaw biex jidħlu fis-seħħ dawk ġodda mill-ewwel ta’ Jannar li ġej. TM bħala regolatur se tkun qed tara li jinżammu l-istandards mill-operaturi u tħalli f’idejn l-operatur biex jistabilixxi t-tariffi. Il-Ministru Gatt żied li issa għandna struttura fejn is-suq jitħalla jaħdem kummerċjalment u jkunu sfruttati l-opportunitajiet kollha f’dan il-qasam marittimu.”
L-investiment totali fiż-żewġ marinas jikkonsistifil-ħlas ta’ €3.9m f’pagamenti immedjat u ħlasijiet tul iż-żmien ta’ €7.9m. Barra minn hekk, il-Fondazzjoni se tinvesti €5.7m bejn iż-żewġ marinas fuq xogħol ta’ titjib ġenerali, fuq pontoons ġodda u fuq sistemi ta’ dawl u l-ilma ġodda u titjib ġenerali fil-marina.  Dan il-pjan ta’ investiment inizjali jrid jitwettaq f’24 xahar.
CreekDevelopment Foundation hija magћmula minn 404 membru, li kollha huma sidien ta’ dgћajjes u jużaw l-irmiġġi f’Ta’Xbiex u l-Imsida.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow