Iffirmata l-koncessjoni tal-Marinas tal-Imsida u ta’ Ta’ Xbiex: investiment fit-tishih tas-settur tal-Yachting f’pajjizna
pr2342
15/12/2010
| Il-konsorzju Creek Foundation se tkun qed tinvesti | €5.7m biex ittejjeb il-marinas tal-Imsida u ta’ Ta’ Xbiex wara li llum kien iffirmat il-kuntratt li permezz tiegħu dawn il-marinas ngħataw b’konċessjoni għall-25 sena mill-Gvern għand l-istess Fondazzjoni. |
| Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment | Tonio Fenech saħaq li dan l-investiment, li qed isir minn konsorzju ta’ sidien ta’ jottijiet, huwa turija ta’ fiduċja f’settur li għandu potenzjal qawwi fl-ekonomija ta’ pajjiżna, u li qed jattira lejh numru dejjem akbar ta’ Maltin kif ukoll barranin. Huwa esprima l-konvinzjoni tiegħu li l-esperjenza tal-operatur il-ġdid fis-settur għandha sservi ta’ inċentiv biex isir it-titjib meħtieġ fil-marinas b’mod li jkompli jissaħħaħ il-kwalità ta’ dan il-prodott, li kull ma jmur qed isir parti dejjem aktar importanti minn dak li pajjiżna għandu x’joffri fil-qasam turistiku. Din it-trasformazzjoni hija parti mill-proċess li għandha twassalna biex noħolqu livelli ta’ eċċellenza, f’oqsma bħat-turiżmu, skont il-Viżjoni 2015. |
| Il-Ministru Austin Gatt qal li “l-iffimar tal-lum | jimmarka l-mixja ta’ Transport Malta minn operatur għal regolatur. L-unika marina zgħira li fadal f’idejn TM hija dik ta’ Gżira Gardens minħabba li hemm applikazzjoni quddiem il-MEPA għall-pontoon ġdid biex jiżdiedu 40 irmiġġ ieħor. Għalhekk il-marinas issa huma kollha f’idejn il-privat u r-regolamenti bil-Legal Notice preżenti se jispiċċaw biex jidħlu fis-seħħ dawk ġodda mill-ewwel ta’ Jannar li ġej. TM bħala regolatur se tkun qed tara li jinżammu l-istandards mill-operaturi u tħalli f’idejn l-operatur biex jistabilixxi t-tariffi. Il-Ministru Gatt żied li issa għandna struttura fejn is-suq jitħalla jaħdem kummerċjalment u jkunu sfruttati l-opportunitajiet kollha f’dan il-qasam marittimu.” |
| L-investiment totali fiż-żewġ marinas jikkonsisti | fil-ħlas ta’ €3.9m f’pagamenti immedjat u ħlasijiet tul iż-żmien ta’ €7.9m. Barra minn hekk, il-Fondazzjoni se tinvesti €5.7m bejn iż-żewġ marinas fuq xogħol ta’ titjib ġenerali, fuq pontoons ġodda u fuq sistemi ta’ dawl u l-ilma ġodda u titjib ġenerali fil-marina. Dan il-pjan ta’ investiment inizjali jrid jitwettaq f’24 xahar. |
| Creek | Development Foundation hija magћmula minn 404 membru, li kollha huma sidien ta’ dgћajjes u jużaw l-irmiġġi f’Ta’Xbiex u l-Imsida. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003