Rendikont tas‑Sena ta’ Hidma tal‑Parlament ghall‑2010 mill‑iSpeaker tal‑Kamra tad‑Deputati
Fi tmiem is‑seduta tal‑Parlament tal-14 ta’ Diċembru, l‑iSpeaker l‑Onor. Michael Frendo ta rendikont tax‑xogħol parlamentari li twettaq tul l‑2010, qabel ma l‑Parlament jaġġorna għall‑btajjel tal‑Milied.
L‑Onor. Frendo qal li fl‑aħħar 12‑il xahar il‑Kamra ltaqgħet 117‑il darba. Meta ma dawn is‑Seduti fil‑plenarja wieħed iżid il‑laqgħat tad‑diversi kumitati permanenti u magħżula tal‑Kamra, jirriżulta illi l‑Membri Parlamentari ħadu sehem f’590 siegħa ta’ dibattitu.
L‑iSpeaker żied jgħid illi matul l‑2010:
- ġew ippreżentati 69 mozzjoni quddiem il‑Parlament, fosthom 28 mozzjoni tal‑Ewwel Qari u għaxar mozzjonijiet privati;
- ġew mgħoddija 19‑il Att mill‑Parlament; ħamsa minn dawn il‑liġijiet ittieħdet
votazzjoni fuqhom;
- ittieħdu 63 votazzjoni;
- il‑Gruppi ta’ Ħidma fi ħdan il‑Kumitat Permanenti dwar l‑Affarijiet Barranin u Ewropej
ikkonsidraw 361 dokument maħruġ mill‑istituzzjonijiet Ewropej, li minnhom inżammu 21 sabiex jintalab aktar informazzjoni mill‑Gvern fuqhom;
- tqiegħdu 2,550 dokument fuq il‑Mejda tal‑Kamra;
- saru tmien Stqarrijiet Ministerjali;
- ingħataw 21 deċiżjoni mis‑Sedja (Rulings), li 17 minnhom ingħataw mill‑iSpeaker
preżenti u tnejn minnhom kienu casting vote;
- saru8,366 Mistoqsijiet Parlamentari;
- tressqu żewġ petizzjonijiet;
- il‑ħin tal‑aġġornament ta’ nofs siegħa fi tmiem is‑seduta ittieħed 92 darba, li alterna
bejn il‑Gvern u l‑Oppożizzjoni; u
- kien hemm medja ta’ 10,000 żjara fix‑xahar fis‑sit elettoniku tal‑Parlament.
Dan ir‑rendikont ingħata mill‑iSpeaker tal‑Kamra kemm għas‑sodisfazzjon tal‑Membri kif ukoll sabiex il‑pubbliku in ġenerali jkun informat aktar u aħjar dwar ix‑xogħol li jsir fil‑Parlament Malti.
Informazzjoni dwar ix-xogħol parlamentari....
Informazzjoni dwar ix‑xogħol parlamentari matul l-2010 |
Informazzjoni dwar ix‑xogħol parlamentari matul l-2010 |
Informazzjoni dwar ix‑xogħol parlamentari matul l-2010 |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003