L-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Libreriji se jitressaq fil-Parlament f’qasir żmien
pr2340
15/12/2010
Is-self ta’ kotba mil-Libreriji żdied bi 43,000
| L-Abbozz | ta’ Liġi dwar il-Libreriji se jitressaq għad-diskussjoni fil-Parlament f’qasir żmien. Dan qalitu l-Ministru għall-Edukazzjoni, ix-Xogħol u l-Familja Dolores Cristina meta flimkien mas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said, ippreżentaw ċertifikati lil għexieren ta’ impjegati tal-Libreriji li segwew b’suċċess kors organizzat mill-Assoċjazzjoni tal-Librara Maltin – il-MaLIA. |
| Il-Ministru Cristina qalet li l-Kunsilli Lokali sar | għandhom rwol mill-aktar importanti fit-teħid ta’ inizjattivi edukattivi. Hi appellat biex il-Kunsilli Lokali, b’kollaborazzjoni mal-MaLIA jieħdu inizjattivi sabiex iressqu l-kotba u l-qari aktar qrib il-komunitajiet. Dan jista’ jsir permezz tal-Assoċjazzjoni tar-Residenti li se jibdew jitwaqqfu fejn hemm oqsma tad-Djar tal-Gvern. |
| Il-Ministru Cristina qalet li din l-idea tista’ tkun | esplorata bejn l-imsieħba kollha fid-dawl ta’ żewġ skemi tal-Awtorita’ tad-Djar li fihom se jipparteċipaw bis-sħiħ il-Kunsilli Lokali biex ikompli jitjieb mhux biss l-ambjent fiżiku fl-oqsma tad-djar, iżda biex jittieħdu wkoll inizjattivi edukattivi u soċjali. |
| Is-Segretarju Parlamentari Chris Said tkellem dwar | it-titjib sostanzjali li sar fis-snin li għaddew fis-servizz offrut mill-Libreriji f’Malta u f’Għawdex u mill-Kunsilli Lokali li qed jieħdu ħsieb l-operat tagħhom. |
| Statistika miżmuma mid-Dipartiment tal-Libreriji | turi kif bejn Jannar u Novembru ta’ din is-sena, il-libreriji f’Malta u f’Għawdex sellfu 730,000 ktieb li jfisser 43,000 ktieb aktar mill-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Chris Said ħabbar ukoll li l-aħħar grupp ta’ libreriji proġettati għall-kompjuterizzazzjoni issa huma lesti u diġa’ qed jiffunzjonaw kif mistenni. Dawn huma l-Libreriji Reġjonali tal-Birgu u tar-Rabat f’Malta, kif ukoll il-fergħat tal-Fgura, l-Isla, il-Kalkara, Ħal Kirkop, Ħal Lija, Marsaskala, Marsaxlokk, il-Qrendi Ħal Safi, Pembroke u Ħal Tarxien. |
| Bħalissa | wkoll qed isir tentattiv biex l-aħħar erba’ libreriji li fadal għall-kompjuterizzazzjoni, jitlestew ukoll matul is-sena d-dieħla. Bdew ukoll it-taħditiet biex il-libreriji fergħat li hemm f’Għawdex ukoll isiru kompjuterizzati bħal dik tan-Nadur. |
| Chris | Said qal li l-eżerċizzju ta’ kompjuterizzazzjoni kien possibbli grazzi għas-sinerġija li teżisti bejn id-Dipartiment tal-Libreriji u l-Kunsilli Lokali li mill-ewwel urew interess kbir fil-proġett u offrew il-mezzi kollha tagħhom sabiex setgħu isiru l-arranġamenti u ssir il-konnettivita’. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003