INVESTIMENT FIT-TISĦIĦ TAS-SISTEMA TAL-ENERĠIJA TA’ PAJJIŻNA FAVUR ŻVILUPP EKONOMIKU U TKATTIR TAX-XOGĦOL
pr2336
14/12/2010
| L-iżvilupp | infrastrutturali huwa kruċjali għall-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna. Għaldaqstant biex inżommu l-kompettività tagħna f’livelli għolja rridu li jkollna investiment kontinwu, u titjib, sabiex l-investiment li jsir, jipprovdi l-pedament neċessarju li fuqu jinbena l-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna. |
| Dan qalu l-Ministru | Tonio Fenech, Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment meta kien qed jitkellem waqt l-iffirmar tal-ftehim li permezz tiegħu se jitqiegħed cable –interconnector li jgħaqqad lil Malta mal-grid tal-elettriku Ewropew. “Dan il-proġett se jkun qed jipprovdi lil pajjiżna b’sors ta’ enerġija li hija ekonomikament vijabbli u li tipprovdi serħan il-moħħ”. |
| “Dan il-proġett huwa | parti minn investiment sħiħ ta’ kważi €380 miljun, li l-Gvern u l-Enemalta se jinvestu biex itejbu l-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija f’pajjiżna”, kompla l-Ministru Fenech. Fil-fatt il-Ministru spjega li permezz ta’ dan l-interconnector, l-estensjoni tal-power station, u t-titjib u bini mill-ġdid tal-infrastruttura ta’ distribuzzjoni se jkun qed isir investiment importanti ħafna. Il-Ministru Fenech qal li l-interconnector se jkollu rwol kruċjali fil-mod kif se jkun qed isir l-ippjanar tal-enerġija, l-użu ta’ enerġija li tkun prodotta minn sorsi aktar nodfa u alternattivi, kif ukoll biex inkunu nistgħu nagħlqu l-Power Station tal-Marsa. |
| Mingħajr dubju l-korporazzjoni | Enemalta hija korporazzjoni importanti ħafna fl-iżvilupp soċjo-ekonomiku ta’ pajjiżna. Il-kontribuzzjoni lejn is-suċċess u l-iżvilupp jistgħu jiġu mkejla b’numru ta’ modi, pero’ nemmen li l-istatistika segwenti tipprovdi stampa ċara dwar dan. |
| Fl-1980, pajjiżna | kellu bżonn massimu ta’ 102 MW, f’termini ta’ żvilupp ta’ enerġija. Fl-1990, pajjiżna kellu bżonn 230 MW. Għaxar snin ilu din il-ħtieġa kienet tilħaq 354 MW, waqt li llum din hija ta’ 400 MW. Din iż-żieda hija attribwita fil-maġġoranza tagħha mal-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż, u għal żidiet li jkun hemm minħabba titjib fil-kwalità tal-ħajja. |
| Jekk nittraduċu dan | l-iżvilupp ekonomiku f’termini li jifhmu kulħadd, dan kien ifisser il-ħolqien ta’ postijiet tax-xogħol, fabbriki ta’ livell għoli, żvilupp teknoloġiku, lukandi tal-ogħla livell, u tant affarijiet importanti oħra. |
| Il-Ministru Fenech, | saħaq li bħala Ministru responsabbli mill-ekonomija ta’ pajjiżna, il-ġurnata ta’ llum hija importanti għaliex qed nibnu pedament ieħor biex inkunu nistgħu nkomplu bl-iżvilupp ekonomiku neċessarju biex nikkrejaw ambjent li joħloq aktar impjiegi, waqt li nkomplu ntejbu l-kwalitá tal-ħajja tagħna. |
| Mingħajr dubju, bħal | ma ġie rimarkat aktar kmieni din is-sena fi stħarriġ minn Ernst and Young, il-ġenerazzjoni tal-enerġija hija meqjusa bħala kruċjali fil-kuntest ta’ kif pajjiżna jista’ jattira u jżomm investiment barrani. “Jekk irridu nżidu l-impjiegi, jekk irridu li jkollna lukandi tal-ogħla livell, jekk irridu li nsiru pajjiż li jaspira lejn l-eċċellenza, irridu nassiguraw il-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija. “L-avveniment ta’ llum huwa pass ieħor f’din id-direzzjoni, ispirata mill-impenn tagħna li nipprovdu l-infrastuttura u l-ambjent li jwassal għall-ħolqien ta’ aktar impjiegi.” |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003