Left arrow Go Back

INVESTIMENT FIT-TISĦIĦ TAS-SISTEMA TAL-ENERĠIJA TA’ PAJJIŻNA FAVUR ŻVILUPP EKONOMIKU U TKATTIR TAX-XOGĦOL

pr2336
Date Icon 14/12/2010
L-iżviluppinfrastrutturali huwa kruċjali għall-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna. Għaldaqstant biex inżommu l-kompettività tagħna f’livelli għolja rridu li jkollna investiment kontinwu, u titjib, sabiex l-investiment li jsir, jipprovdi l-pedament neċessarju li fuqu jinbena l-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna.
Dan qalu l-MinistruTonio Fenech, Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment meta kien qed jitkellem waqt l-iffirmar tal-ftehim li permezz tiegħu se jitqiegħed cable –interconnector li jgħaqqad lil Malta mal-grid tal-elettriku Ewropew. “Dan il-proġett se jkun qed jipprovdi lil pajjiżna b’sors ta’ enerġija li hija ekonomikament vijabbli u li tipprovdi serħan il-moħħ”.
“Dan il-proġett huwaparti minn investiment sħiħ ta’ kważi €380 miljun, li l-Gvern u l-Enemalta se jinvestu biex itejbu l-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija f’pajjiżna”, kompla l-Ministru Fenech. Fil-fatt il-Ministru spjega li permezz ta’ dan l-interconnector, l-estensjoni tal-power station, u t-titjib u bini mill-ġdid tal-infrastruttura ta’ distribuzzjoni se jkun qed isir investiment importanti ħafna. Il-Ministru Fenech qal li l-interconnector se jkollu rwol kruċjali fil-mod kif se jkun qed isir l-ippjanar tal-enerġija, l-użu ta’ enerġija li tkun prodotta minn sorsi aktar nodfa u alternattivi, kif ukoll biex inkunu nistgħu nagħlqu l-Power Station tal-Marsa.
Mingħajr dubju l-korporazzjoniEnemalta hija korporazzjoni importanti ħafna fl-iżvilupp soċjo-ekonomiku ta’ pajjiżna. Il-kontribuzzjoni lejn is-suċċess u l-iżvilupp jistgħu jiġu mkejla b’numru ta’ modi, pero’ nemmen li l-istatistika segwenti tipprovdi stampa ċara dwar dan.
Fl-1980, pajjiżnakellu bżonn massimu ta’ 102 MW, f’termini ta’ żvilupp ta’ enerġija. Fl-1990, pajjiżna kellu bżonn 230 MW. Għaxar snin ilu din il-ħtieġa kienet tilħaq 354 MW, waqt li llum din hija ta’ 400 MW. Din iż-żieda hija attribwita fil-maġġoranza tagħha mal-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż, u għal żidiet li jkun hemm minħabba titjib fil-kwalità tal-ħajja.
Jekk nittraduċu danl-iżvilupp ekonomiku f’termini li jifhmu kulħadd, dan kien ifisser il-ħolqien ta’ postijiet tax-xogħol, fabbriki ta’ livell għoli, żvilupp teknoloġiku, lukandi tal-ogħla livell, u tant affarijiet importanti oħra.
Il-Ministru Fenech,saħaq li bħala Ministru responsabbli mill-ekonomija ta’ pajjiżna, il-ġurnata ta’ llum hija importanti għaliex qed nibnu pedament ieħor biex inkunu nistgħu nkomplu bl-iżvilupp ekonomiku neċessarju biex nikkrejaw ambjent li joħloq aktar impjiegi, waqt li nkomplu ntejbu l-kwalitá tal-ħajja tagħna.
Mingħajr dubju, bħalma ġie rimarkat aktar kmieni din is-sena fi stħarriġ minn Ernst and Young, il-ġenerazzjoni tal-enerġija hija meqjusa bħala kruċjali fil-kuntest ta’ kif pajjiżna jista’ jattira u jżomm investiment barrani. “Jekk irridu nżidu l-impjiegi, jekk irridu li jkollna lukandi tal-ogħla livell, jekk irridu li nsiru pajjiż li jaspira lejn l-eċċellenza, irridu nassiguraw il-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija. “L-avveniment ta’ llum huwa pass ieħor f’din id-direzzjoni, ispirata mill-impenn tagħna li nipprovdu l-infrastuttura u l-ambjent li jwassal għall-ħolqien ta’ aktar impjiegi.”
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow