L-ISKEMA TAL-ISPIŻERIJA TAL-GĦAŻLA TIEGĦEK: ĠBIR U MILI TAL-FORMOLA TAR-REGISTRAZZJONI - BIRKIRKARA
| Id-Dipartiment | tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC] jixtieq jinforma lill-pazjenti li huma ntitolati għal mediċini b’xejn mingħand il-Gvern, u li s-soltu jiġbru l-mediċini tagħhom miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara li jistgħu jiġbru l-Formola tar-Reġistrazzjoni biex jibbenifikaw mill-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek mill-ispiżeriji li ser jipparteċipaw fl-Iskema msemmija hawn taħt mill-15 ta’ Diċembru 2010. Il-Pazjenti li joqgħodu fil-lokalita’ imsemmija hawn fuq u li għandhom il-Kartuna s-Safra udawk li huma ntitolati għall-mediċini tad-diabete BISS għandhom jirreġistraw mà din l-Iskema. |
| Huwa | importanti li għar-Reġistrazzjoni l-pazjenti jieħdu magħhom u jippreżentaw: |
1. Il-Karta tal-Identità
2. Il-Kartuna s-Safra / il-Kartuna u l-Formola r-Rosa / u l-Kartuna l-Bajda għall-mediċini kkontrollati [skond kif japplika]
3. Il-Permess li jintitolak għall-medicini fuq l-approvazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa [MEU]
| Il-Formola tar-Reġistrazzjoni għandha timtela’ kif | gej: |
| Sezzjoni | [A] - Mill-pazjent |
| Sezzjoni [B] | - Mill-ispiżjar/a inkarigat/a mill-ispiżerija li l-pazjent ikunu għażel biex jirreġistra magħha. |
| Sezzjoni [C] | - Mit-tabib/a tagħhom jew mit-tobba taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara. |
| Il-Formola tar-Reġistrazzjoni mimlija għandha | tittieħed lura għand l-ispiżerija li l-pazjent ikun irreġistra magħha. Flimkien mal-Formola tar-Reġistrazzjoni l-pazjent għandu jibgħat ukoll kopji tal-Kartun u l-Permessi kollha li jintitolawh għal mediċini b’xejn, u kopja tal-Karta’ tal-Identita’. |
| Huwa | IMPORTANTI li għar-reġistrazzjoni għandha tintuża BISS il-Formola tar-Reġistrazzjoni uffiċjali pprovduta mid-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek. |
| L-Applikazzjonijiet | jintlaqgħu sal-14 ta’ Jannar, 2011. |
Min għandu bżonn ta’ aktar informazzjoni jista’ jċempel fuq 2248 1800 jew 2210 6350
Spiżeriji Birkirkara
Isem | Indirizz | Lokalita’ |
1. Fleur-De-Lys Pharmacy | 32, Triq Fleur-de-lys, | Birkirkara |
2. Herba Pharmacy | 183, Triq il-Kbira | Birkirkara |
3. Holy Cross Pharmacy | 37, Triq il-Kbira , | Birkirkara |
4. Mackies Pharmacy | Triq L. Casolani, Ta' Paris | Birkirkara |
5. Pharmaplus | Triq Ganu, | Birkirkara |
6. Rational Pharmacy | 74/75, Triq il-Wied, | Birkirkara |
7. St. Anne Pharmacy | 24, Misrah Sant’Elena | Birkirkara |
8. St. Helen Pharmacy | Triq Tumas Fenech, | Birkirkara |
9. St. Jude Pharmacy | 213, Triq il-Wied , | Birkirkara |
10. St. Paul’s Pharmacy | Triq Brared, | Birkirkara |
11. The Local Dispensary | Triq Kan. K. Pirotta | Birkirkara |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003