Left arrow Go Back

L-ISKEMA TAL-ISPIŻERIJA TAL-GĦAŻLA TIEGĦEK: ĠBIR U MILI TAL-FORMOLA TAR-REGISTRAZZJONI - BIRKIRKARA

pr2335
Date Icon 14/12/2010
Id-Dipartimenttal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC] jixtieq jinforma lill-pazjenti li huma ntitolati għal mediċini b’xejn mingħand il-Gvern, u li s-soltu jiġbru l-mediċini tagħhom miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara li jistgħu jiġbru l-Formola tar-Reġistrazzjoni biex jibbenifikaw mill-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek mill-ispiżeriji li ser jipparteċipaw fl-Iskema msemmija hawn taħt mill-15 ta’ Diċembru 2010.  Il-Pazjenti li joqgħodu fil-lokalita’ imsemmija hawn fuq u li għandhom il-Kartuna s-Safra udawk li huma ntitolati għall-mediċini tad-diabete BISS għandhom jirreġistraw mà din l-Iskema.
Huwaimportanti li għar-Reġistrazzjoni l-pazjenti jieħdu magħhom u jippreżentaw:

1.         Il-Karta tal-Identità

2.         Il-Kartuna s-Safra / il-Kartuna u l-Formola r-Rosa / u l-Kartuna l-Bajda għall-mediċini kkontrollati [skond kif japplika]

3.         Il-Permess li jintitolak għall-medicini fuq l-approvazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa [MEU]

Il-Formola tar-Reġistrazzjoni għandha timtela’ kifgej:
Sezzjoni[A] -             Mill-pazjent
Sezzjoni [B]-             Mill-ispiżjar/a inkarigat/a mill-ispiżerija li l-pazjent ikunu għażel biex jirreġistra magħha.
Sezzjoni [C]-             Mit-tabib/a tagħhom jew mit-tobba taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara.
Il-Formola tar-Reġistrazzjoni mimlija għandhatittieħed lura għand l-ispiżerija li l-pazjent ikun irreġistra magħha. Flimkien mal-Formola tar-Reġistrazzjoni l-pazjent għandu jibgħat ukoll kopji tal-Kartun u l-Permessi kollha li jintitolawh għal mediċini b’xejn, u kopja tal-Karta’ tal-Identita’.

HuwaIMPORTANTI li għar-reġistrazzjoni għandha tintuża BISS il-Formola tar-Reġistrazzjoni uffiċjali pprovduta mid-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek.
L-Applikazzjonijietjintlaqgħu sal-14 ta’ Jannar, 2011.

Min għandu bżonn ta’ aktar informazzjoni jista’ jċempel fuq 2248 1800 jew 2210 6350

Spiżeriji Birkirkara

Isem

Indirizz

Lokalita’

1.     Fleur-De-Lys Pharmacy

32, Triq Fleur-de-lys,

Birkirkara

2.     Herba Pharmacy

183, Triq il-Kbira

Birkirkara

3.     Holy Cross Pharmacy

37, Triq il-Kbira ,

Birkirkara

4.     Mackies Pharmacy

Triq L. Casolani, Ta' Paris

Birkirkara

5.     Pharmaplus

Triq Ganu,

Birkirkara

6.     Rational Pharmacy

74/75, Triq il-Wied,

Birkirkara

7.     St. Anne Pharmacy

24, Misrah Sant’Elena

Birkirkara

8.     St. Helen Pharmacy

Triq Tumas Fenech,

Birkirkara

9.     St. Jude Pharmacy

213, Triq il-Wied ,

Birkirkara

10.   St. Paul’s Pharmacy

Triq Brared,

Birkirkara

11.  The Local Dispensary

Triq Kan. K. Pirotta

Birkirkara

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow