MALTA L-MISTIEDNA PRINĊIPALI FIS-SUQ TAL-MILIED FI BRUSSELL
pr2334
14/12/2010
| Malta kienet | il-mistiedna ta’ unur fis-Suq tal-Milied tradizzjonali ta' Woluwe San Pierre li huwa l-aktar distrett sinjur ta' Brussell. Dan huwa l-uniku suq kopert tal-Milied fi Brussell. Bosta eluf ta' nies żaru dan l-avveniment mill-aktar festiv fi Pjazza Dumon, li hija l-pjazza ewlenija u wkoll ċentru tat-trasport. |
| Din | kienet l-ewwel darba li Malta ħadet sehem f'dan il-avveniment ta' viżibilità għolja. Din il-parteċipazzjoni kienet grazzi għall-inizjattiva tal-Ambaxxata ta' Malta fi Brussell u bl-għajnuna ġeneruża tal-Malta Tourism Authority, Skejjel tal-Lingwi EF u Delicata Winery, kif wkoll bil-kollaborazzjoni tal-Air Malta. |
| Matul l-avveniment, li | sar mid-9 sat-12 ta' Diċembru, l-istand ta' Malta attirat attenzjoni qawwija. Diversi eluf ta' fuljetti promozzjonali dwar Malta ġew distribwiti. Fl-inawgurazzjoni ta’ dan is-Suq il-viżitaturi segħtu jduqu tazza nbid Malti tajjeb u apprezzat ħafna u li kien miżjud bħala parti mill-"iskoperta" ta' Malta, li kienet deskritta bħala s-sigriet tal-Ewropa. |
| Diversi personalitajiet | importanti żaru l-istand ta' Malta, inklużi l-Onor. Benoit Cerexche, Ministru għall-Ekonomija, Xogħol, Riċerka u Amministrazzjoni tal-Gvern tar-Reġjun ta' Brussell, kif ukoll id-Dott. William Draps, is-Sindku ta' Woluwe San Pierre. |
| L-istand ta' | Malta kienet imżejna bil-Bambin Ġesù tradizzjonali, li kien imdawwar b’diversi qsari ta’ ġulbiena bajda. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003