Inawgurat playing field f’Tal-Pieta li ssebbah b’fondi tal-UIF
pr2331
13/12/2010
| Dalgħodu kien inawgurat | il-playing field Patri Ġwann Frendo f’Tal-Pieta’ wara xogħlijiet ta’ tisbiħ li kienu finanzjati permezz mill-Kunsill Lokali permezz tal-Fond għat-Titjib Urban (Urban Improvement Fund – UIF) tal-MEPA. |
| Ix-xogħlijiet saru | f’żewġ fażijiet u b’kollox ġew jiswew 71,000 ewro. Fl-ewwel fażi inbena mill-ġdid il-ħajt li jdawwar il-playing field filwaqt li fit-tieni fażi kien installat tagħmir tal-logħob għall-użu mit-tfal, 22 bank, gazebo, numru ta’ bozoz li jixegħlu permezz tal-enerġija tax-xemx, u tħawlu aktar minn 30 siġra. |
| Il-ġnien kien inawgurat | mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali, l-Onor Chris Said fil-preżenza tas-Sindku tal-lokalita’ Malcolm Mifsud u tal-kunsilliera sħabu. |
| Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li l-Fond | għat-Titjib Urban tal-MEPA għen biex bejn l-2006 u l-2010 kienu investiti mas-seba’ miljun Ewro f’aktar minn 180 proġett lokali li |
| qed jitgawdew mill-familji | Maltin u Għawdxin. |
| Il-finanzi disponibbli | taħt il-UIF ġejjin minn ħlasijiet li l-iżviluppaturi huma obbligati li jħallsu bħala parti minn żvilupp partikolari li jkunu għamlu. Il-fond hu mmexxi b'mod trasparenti u effiċjenti u l-Kunsilli Lokali qed jibbenefikaw minnu sabiex itejbu l-livell ta' żvilupp sostenibbli fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom. |
| Chris Said fakkar kif | lejn tmiem Novembru li għadda kienu ffirmati 19-il-kuntratt differenti biex jitwettqu daqstant proġetti fi 12-il lokalita’ differenti. Bejniethom dawn se jiswew 1.5 miljun ewro u l-proġetti jinvolvu t-tisbiħ ta’ ġonna pubbliċi, il-ħolqien ta’ pajsaġġi ġodda, tisbiħ ta’ promenades eżistenti, xogħlijiet ta’ pavimentar u l-istallazzjoni ta’ sistemi għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija alternattiva. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Chris Said semma wkoll l-istandard tal-playing fields imfassal mill-Awtorita’ Maltija għall-Istandards (MSA) u li daħal fis-seħħ din is-sena. Hu qal li bħalissa uffiċjali tal-MSA qed iduru il-playing fields kollha fil-gżejjer Maltin biex jivverifikaw jekk dawn humiex konformi mal-istandard. Qed jinħarġu ċertifikati ta’ konformita’ lill-playing fields li huma skont l-istandard, filwaqt li jingħataw rakkomandazzjonijiet biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa b’tali mod li playing fields oħra jiġu konformi mal-istandard. |
| Minbarra l-playing field | f’Tal-Pieta’, fl-2010 kienu inawgurati żewġ playing fields ġodda li huma konformi mal-istandard tal-playing fields – Ġnien John Borg f’Birkirkara u Ġnien il-Professur Ġuże’ Aquilina fil-Munxar. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003