Left arrow Mur Lura

Inawgurat Gnien Gdid fi Qui Si Sana f’Tas-Sliema

pr2327
Date Icon 12/12/2010
Dalgħodu l-Prim MinistruLawrence Gonzi inawgura ġnien ġdid fi Qui Si Sana ddedikat għal George Bonello Dupuis. Fid-diskors tal-okkażjoni l-Prim Ministru qal li l-politika hi mimlija b’għażliet li jridu jsiru kuljum. ‘Għamilna għażla li fi Qui Si Sana, nagħmlu post għat-tfal u l-familji. Għamilna post miftuħ, flok għamilna proġett fil-magħluq u l-għażla hi wkoll favur it-tfal u l-familji biex nagħtu aktar spazji ta’ mistrieħ u divertiment. Dawn huma postijiet fejn it-tfal jikbru, jiżviluppaw u jimirħu fl-avventura. B’iżjed spazji pubbliċi qed noħolqu ambjent fejn it-tfal u l-familji jiltaqgħu, jilagħbu u jikkomunikaw, b’hekk ukoll tinbena soċjeta’ b’saħħita. Qed nibdlu pajjiżna u qed intejbu l-prodott turistiku.’
Hurringrazzja lir-residenti tal-inħawi u qal li llum qed igawdu proġett mill-isbaħ. Lawrence Gonzi sellem il-memorja ta’ George Bonello Dupuis, li għalih dan il-ġnien qed jissemma’,  u qal li kien politiku tan-nies, qrib in-nies u dejjem baqa’ fosthom.
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijeit RuraliGeorge Pullicino qal li llum qed inwettqu l-wegħda li nagħtu ‘Aktar spazji miftuħa ta’ kwalita’ lill-familji u t-tfal tagħna’. Hu qal li dan il-ġnien ikompli jibni ma’ dak li wettaqna fi Pjazza San Ġorġ il-Belt Valletta, fi Pjazza Sant’Anna ftit ‘il bogħod minn fejn qegħdin illum, fi Pjazza Sant’Ubaldeska f’Raħal Ġdid, fil-Park tas-Salini, f’Ta’ Qali u ma’ spazji ohra. Illum qed nroddu lura ġnien ġdid mifrux fuq 8,000 metru kwadru ta’ art, kważi d-doppju ta’ dak li kien hawn qabel.
Il-Ministru Pullicino żied jgħid li meta wieħedjgħodd kollox f’daqqa, l-ispazju li nħoloq b’dawn l-inizjattivi fl-aħħar tlett snin jigi jlaħħaq mal-31,000 metru kwadru, jiġifieri daqs 6 grounds tal-football.
DrJohanna Gonzi Sindku ta’ Tas-Sliema fid-diskors tagħha rringrazzjat lil  Gvern tal-proġetti li qed iwettaq kif ukoll ħabret li issa li l-ġnien u l-promenade fi Qui Si Sana huma lesti l-Kunsill Lokali ingħata l-fondi sabiex jagħti wiċċ ġdid lit-triq ta’ mal-promenade.
ĠnienGeorge Bonello Dupuis, inbena f’forma ta’ benniena biex jilqa’ għall-irjiħat li jaħkmu f’dawn l-inhawi. Taħt il-ġnien inbnew 3 ġibjuni kbar li għandhom kapaċita’ li jilqgħu fihom mal-1,000 metru kubu ta’ ilma kull wieħed. Dan sar sabiex l-ilma li jinġabar jintużża għat-tisqija tal-istess ġnien. L-infrastruttura tipika ta’ dan il-ġnien tikkonsisti minn numru ta’ xogħol li l-ħaddiema wettqu u li ma jidhrix. Il-ħaddiema għamlu pedamenti tal-konkos rinforzat taħt il-promenade f’tul ta’ madwar kilometru, skavar ta’ trinek għal diversi servizzi, bini ta’ 3 ġibjuni kif ukoll tqegħdu madwar 5 kilometri ta’ pajpijiet.
Il-ġnienhu mgħammar ukoll bi play equipment ghat-tfal ta’ etajiet differenti kif ukoll b’outside gym equipment. F’dan il-ġnien ġdid ġew installati 3 funtani, kif ukoll ġiet restawrata  gun post li kienet f’dan il-post fi żmien it-tieni gwerra dinija. L-investiment totali li sar fuq dan il-ġnien u l-promenade ta’ Qui Si Sana jlaħħaq iż-żewġ miljun ewro.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow