Stqarrija bi twEgiba ghall-Istqarrija tal-Oppozizzjoni
pr2326
12/12/2010
L-Oppozizzjoni ghandha hafna x’tispjega. Il-Gvern dejjem mexa bi trasparenza
| Il-Gvern ma ghandu xejn x’jahbi u | dejjem mexa bi trasparenza, filwaqt li l-Oppozizzjoni ghandha hafna x’tispjega. |
| Waqt is-smiegh tal-Awditur Generali | quddiem il-Kumitat ghall-Kontijiet Pubblici rrizulta li l-Oppozizzjoni kellha “kuntatti tajbin” ma’ wahda mill-kumpanji li kienet qed tikkompeti ghall-estensjoni tal-Power Station. L-Oppozizzjoni ghandha hafna x’tispjega dwar dan. |
| Il-Gvern dejjem mexa bi trasparenza u | sostna li ghandu jkun l-Awditur Generali li jidher quddiem il-Kumitat ghall-Kontijiet Pubblici ghaliex kien hu li ghamel ir-rapport. L-Oppozizzjoni flok accettat li jidher l-Awditur Generali, ghamlet kampanja biex tipprova tiskreditah. |
| Ic-Chairman tal-Kumitat tal-Kontijiet | Pubblici ried li jiddeciedi hu wahdu minn jitla’ quddiem il-Kumitat. Dan ma kienx accettabbli ghan-naha tal-Gvern, ghaliex kif jitmexxa l-Kumitat ghandu jigi deciz b’vot fil-Kumitat u mhux mic-Chairman wahdu. L-iSpeaker tal-Parlament f’ruling li ta qal li ghandu jkun il-Kumitat li jiddeciedi u mhux ic-Chairman wahdu. |
| L-Awditur Generali ghamel | investigazzjoni li kienet mifruxa fuq 11-il xahar li minna rrizulta li l-allegazzjonijiet tal-Oppozizzjoni kienu biss duhhan. L-Awditur Generali stess qal li l-unika mod kif l-Oppozizzjoni pruvat tissostanzja l-allegazzjonijiet li ghamlet kien billi taghtu xi cuttings minn gazzetti. |
| L-Oppozizzjoni kienet skomda li | jidher l-Awditur Generali quddiem il-Kumitat ghaliex dan waqqa’ l-argumenti tal-Oppozizzjoni u qal li ma hemmx korruzzjoni. Issa l-Oppozizzjoni qeghda f’sitwazzjoni fejn trid tispjega aktar dwar “il-kuntatti tajbin” li nghadd li hemm bejnha u bejn Bateman li kienet qed tikkompeti ghall-estensjoni tal-Power Station. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003