Presepju Esebit fil-Berga ta' Kastilja maghmul mill-Istudenti u l-Ghalliema tal-Kullegg San Injazju, Skola Sekondarja Subien, Hal Qormi
pr2325
12/12/2010
| Il-presepju li din | is-sena qiegħed għall-wiri fil-Berġa ta’ Kastilja hu magħmul mill-istudenti u l-għalliema tal-Kulleġġ San Injazju, Skola Sekondarja tas-Sibien Ħal Qormi. |
| Il-presepju ġie | inawgurat mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi l-bieraħ fil-għaxija, f’attivita’ li għaliha kienu preżenti studenti u għalliema minn dan il-Kulleġġ. Il-Prim Ministru qal li dak li għamlu l-istudenti u l-għalliema biex jitgawda mill-pubbliku matul il-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena juri l-ħila u l-kreattivita’ tal-istudenti f’dan il-Kulleġġ, li minn materjal riċiklat għamlu biċċa xogħol mill-isbaħ li se tkun apprezzata mhux biss mill-Maltin u l-Għawdxin li jżuru l-Berġa ta’ Kastilja iżda anki mit-turisti. Hu qal li b’dak li għamlu l-istudenti qed iwasslu wkoll il-messaġġ dejjiemi tal-Milied. Hu wera l-apprezzament tiegħu għall-għalliema, LSA’s, lecturers li għandhom f’idejhom l-iżvilupp ta’ uliedna fuq fl-iskejjel u fl-istituzzjonijiet edukattivi. |
| Din hija | r-raba’ sena li fil-Berga ta’ Kastilja qed tittieħed din l-inizjattiva. Fl-2007 f’Kastilja kien esebit il-Presepju Naplitan ta’ Dun Edgar Vella. Fl-2008, il-Presepju ġie esebit presepju magħmul mis-Sorijiet tal-Klawsura tal-Monasteru ta’ Sant’ Ursola u s-sena li għaddiet kien esebit il-Presepju Malti tas-Socjeta tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M). |
| Il-Presepju ta’ | din is-sena hu f’forma ta’ walk through li jibda mill-entratura tal-Berga ta’ Kastilja. Il-Presepju hu maghmul minn personaġġi tipiċi mir-rakkont tan-Natività: rgħajja bin-nagħaġ tagħhom, it-Tliet Slaten Maġi, anġli u fuq nett il-Familja Mqaddsa. Dawn il-personaġġi, jew aħjar pasturi, huma magħmulin minn materjal sempliċi u riciklat: vireg tal-ħadid u pjanċi tal-aluminju; iżda fl-istess ħin huwa materjal li jirrifletti ħafna għax ileqq. |
| Il-proċess li bih inbnew | dawn il-figuri hu wieħed interessanti ħafna, u li jirrikjedi attenzjoni għad-dettall. L-ewwel sar disinn li minn fuqu jinħadem abbozz bil-pastellina fuq manikin żgħir tal-injam. Minn hawn ittieħdu l-linji bażiċi tal-figura partikolari li jitkabbru proporzjonalment fuq vireg tal-ħadid. Dawn jiġu maqtugħin u mgħawġin skont il-bżonn, u fl-aħħar jiġu wweldjati flimkien. |
| Minbarra l-presepju, | il-pubbliku li jzur il-Berġa ta’ Kastilja f’dawn il-granet huwa mistieden jgħaddi minn esperjenza oħra: vjaġġ f’kamra mdallma li toffri l-ħsibijiet u ideat tal-istudenti u kif dawn, mil-lenti tagħhom, iħarsu lejn iż-żmien tal-Milied. Dawn iż-żgħażagħ kellhom iċ-ċans jimirħu bil-kreattività tagħhom, u fl-istess ħin ikollhom l-opportunità jwasslu messaġġ lil min iżur il-presepju biex japprezza aktar dak li huma jgħaddu minnu. |
| Il-Prim | Ministru u s-Sinjura Gonzi, kienu zaru lill-istudenti tal-iskola sekondarja tas-subien waqt li kien qed isir ix-xoghol fuq il-presepju u l-produzzjoni awdjo-viżiva fil-25 ta’ Novembru 2010. |
| Il-Presepju ser | ikun miftuh ghall-pubbliku bejn it-12 ta’ Dicembru 2010 u l-7 ta’ Jannar 2010 f’dawn il-hinijiet : |
| Mit-Tnejn sal-Ġimgħa : | mill-5.00pm sat-8.00pm |
| Is-Sibt u l-Ħadd : | mid-9.00am sas-1.00pm u mill-4.00pm sat-8.00pm |
| It-Tnejn 13 ta’ Diċembru | 2010 mid-9.00am sat-1.00pm – mill-4.00pm sat-8.00pm |
| Il-Ħadd 19 ta’ Diċembru | 2010 mid-9.00am sas-1.00pm |
| Is-Sibt 25 ta’ Diċembru | 2010 mid-9.00am sa 12.00pm |
| Is-Sibt 1 ta’ Jannar | 2010 mill-10.00am sa 12.00pm |
| Il-Presepju mhux ser | ikun miftuħ għall-pubbliku fil-15, 20 u 22 ta’ Diċembru. |
| Ġie pubblikat ukoll | ktejjeb dwar il-presepju li qed jitqassam lil min iżur il-Berġa ta’ Kastilja. |
Min irid kopja tal-pubblikazzjoni jista’ jibgħat e mail fuq communications.opm@gov.mt bl-isem u l-indirizz u jirċievi kopja bil-posta.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003