Rapport ikkummissjonat mill-Gvern dwar l-Ipproċessar ta' Applikazzjonijiet għall-ġbid ta' films f'żoni sensittivi
pr2322
11/12/2010
| Il-Gvern | il-ġimgħa d-dieħla qed jistenna li jirċievi r-rapport dwar l-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għall-ġbid ta' films f'zoni sensittivi. Il-Gvern kien ikkummissjona lil Professur Kevin Aquilina u lil Dr. Simone Borg bħala esperti legali indipendenti fil-qasam tad-dritt Ambjentali u tal-Ippjannar, sabiex jagħmlu dan ir-rapport wara l-inċident tad-Dwejra fejn kuntrattur mqabbad mill-applikant ma mexiex mal-kundizzjonijiet tal-permess maħrug mill-MEPA. Il-Gvern se jistenna r-rapport tal-Awditur tal-MEPA qabel jiddeċiedi x'tibdiel għandu jsir fil-mod kif jinħargu l-permessi għall-ġbid ta' films. |
| Il-MEPA | min-naħa tagħha qabdet ukoll esperti ndipendenti mmexxija minn Dr. Louis Cassar sabiex jaccertaw xi ħsara setgħet saret fid-Dwejra minn nuqqas tal-kuntrattur. Il-konklużjonijiet li ser jaslu għalihom dawn l-esperti indipendenti ser jiggwidaw lill-Gvern u lill-MEPA fl-azzjoni li tista’ jew għandha tittieħed kontra l-applikant jew il-kuntrattur, f'kaz li saret ħsara jew ksur ta' provedimenti tal-ligi. |
| Il-Gvern | għalhekk ser ikollu tlett opinjonijiet ta' esperti indipendenti fuq dan il-każ; opinjoni esperta fuq il-proċess in generali, opinjoni tal-Awditur tal-MEPA u opinjoni esperta indipendenti fuq xi ħsara li segħtet saret fid-Dwejra mill-applikant wara li ma mexiex mal-kundizzjonijiet tal-permess maħruġ lilu. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003