STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN
pr2321
10/12/2010
| Risposta għal dak li ingħad | mill-Jesuit Refugee Service illum |
| Il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern | jirreferi għal dak li ingħad mill-Jesuit Refugee Service illum, u jiddikjara illi l-liġijiet ta’ pajjiżna u l-politika tagħna huma in konformita mar-regoli tal-Unjoni Ewropea u mal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem. Ir-regoli tagħna ma jivvjolawx dawn il-liġijiet. |
| Għalhekk, il-Gvern jidhirlu li | m’għandux iċaqlaq mill-politika ta’ detenzjoni li huwa jħaddan – politika mħaddma minn diversi stati membri oħra bħalna. |
| Il-każ ta’ Khaled Louled Massoud ma | stabbilixxa ebda prinċipju li jmur kontra dan kollu. |
| Il-Gvern ifakkar li l-Att dwar | l-Immigrazzjoni, Kapitolu 217 fl-Artikolu 25A (10), diġa jagħti rimedji lil min iħoss li d-detenzjoni tiegħu hija mhux raġonevoli. Għalhekk, il-Gvern jidhirlu li għandu l-liġijiet tiegħu konformi u li jkun żball politiku li jżarma s-sistema preżenti. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003