Left arrow Go Back

KONFERENZA STAMPA - MINISTERU TAS-SAĦĦA U L-MUMN

pr2318
Date Icon 10/12/2010
F’konferenza stampa bejnil-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita’ u l-MUMN ġie żvelat li bejn Settembru u Diċembru 2010 saru sensiela ta’ 8 laqgħat bejn id-Dipartiment tas-Saħħa u l-MUMN li tmexxew mill-Ministru Joe Cassar u mis-Segretarju Parlamentari Mario Galea.
Matul dawn il-laqgħatġew diskussi aspetti varji li jikkonċernaw is-servizz tas-Saħħa Pubblika u r-rwol importanti tal-infermiera fi ħdan dan il-qasam.
Dr Kenneth Grech(Segretarju Permanenti fil-Ministeru tas-Saħħa) ippreżenta ittra lill-MUMN li tiġbor fiha l-ambitu tad-diskussjonijiet u l-punti ta’ prinċipju li hemm qbil dwarhom. Iż-żewġ naħat huma kommessi li jkomplu jaħdmu id f’id fl-aħjar interess tal-pazjenti kif ukoll tal-infermiera nfushom.
Il-Ministru Cassar us-Sur Paul Pace kellhom kliem ta’ tifħir għall-mod matur li bih tmexxew il-laqgħat li jawguraw tajjeb għall-futur.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow