Konklużjoni TAs-Sena kontra l-Faqar u L-Esklużjoni Soċjali: L-Edukazzjoni hi ċ-ċavetta kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali
| Meta | kienet qed tagħlaq is-sena dedikata għall-ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali, il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Dolores Cristina sostniet li ċ-ċavetta biex tintrebaħ din il-ġlieda hi l-edukazzjoni flimkien mal-kontribut imprezzabbli tal-għaqdiet mhux governattivi, inklużi għaqdiet tal-Knisja, li jaħdmu fil-qasam soċjali. |
| Fi tmiem | il-konferenza, il-Ministru Cristina ppremjat lil żewġ ġurnalisti Maltin, Fiona Galea Debono ta’ ‘The Times’ u Brandon Pisani ta’ ‘Favourite TV’ li rebħu premju ġurnalistiku għal kitba dwar it-tema tal-ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali. |
| Id-diskors sħiħ tal-Onor. Dolores Cristina, Ministru | tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja waqt il-Konferenza dwar is-Sena kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali jsegwi. |
| ‘Illum | qegħdin infakkru t-tmiem tas-sena dedikata għall-ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali, bit-tama li fuq bażi Ewropea, kif ukoll nazzjonali, din is-Sena tkun punt ta’ tluq lejn ħidma aktar profonda u lejn kollaborazzjoni aktar b’saħħitha, favur soċjetà li tħares il-ġustizzja soċjali u l-inklużjoni permezz ta’ opportunitajiet ġodda, u protezzjoni akbar għal persuni l-aktar vulnerabbli. |
| Il-Faqar | u l-Esklużjoni Soċjali huma ġrieħi li kull pajjiż madwar id-dinja iġarrab minħabba ċirkustanzi varji li jwasslu biex ikun hemm diskrepanza fil-pajjiż bejn minn jiflaħ iżjed u minn jirrikjedi iktar protezzjoni min-naħa tal-istat. Ir-riċerka turi li l-faqar mhuwiex sinonimu biss mal-pajjiżi tat-tielet dinja, iżda jinsab anke f’pajjiżi li huma avvanzati bħal dawk Ewropej. L-istatistika tindika li f’pajjiżna għandna 15 fil-mija tal-popolazzjoni li jinsabu f’riskju ta’ faqar meta mqabbla ma’ 17 fil-mija tal-membri tal-Unjoni Ewropea. F’Malta l-iktar li huma milquta ħażin huma t-tfal u l-anzjani. Fejn tidħol id-deprivazzjoni materjali, f’Malta nsibu 13 fil-mija meta mqabbla mas-17 fil-mija tal-Unjoni Ewropea. |
| Dawn | il-figuri għandhom iservu ta’ indikazzjoni li jiggwidawna fil-pjan ta’ azzjoni li l-pajjiż irid jieħu sabiex in-nies u l-familji li jinsabu f’riskju jkollhom l-opportunità li joħorġu mis-sitwazzjoni li jinsabu fiha. |
| Messaġġ | importanti li hemm bżonn li joħroġ minn din is-Sena huwa li l-ġlieda tal-faqar u l-esklużjoni soċjali hija ġlieda li rridu negħlbu lkoll kemm aħna flimkien. Soċjetà inklussiva ma jagħmilhiex politiku, imma jagħmluha n-nies. Għaldaqstant għandna dmir li nsaħħu l-kooperazzjoni, u ninvolvu ruħna anke jekk insibu reżistenza, favur aktar ġid komuni. Aħna nagħrfu li kulħadd għandu sehem importanti x’jagħti sabiex is-soċjetà tagħna tkun verament soċjetà li tħaddan fiha valuri sodi ta’ inklużjoni, parteċipazzjoni u ġustizzja soċjali. L-għajta tal-fqir u ta’ min qiegħed ibati għaldaqstant għandha tkun vuċi li ma taqax fuq widnejn torox. |
| F’sena | iddominata mill-aħbarijiet dwar miżuri ta’ awsterita u l-effetti tar-riċessjoni, pajjiżna ħass il-bżonn li jilqa’ l-isfidi ta’ organizzazzjonijiet bħal Eurochild, u ma jpoġġix is-servizzi offruti f’periklu li jintilfu. Għaldaqstant matul din is-sena komplejna ninvestu fit-tisħiħ ta’ aktar servizzi li jħaddnu fihom tliet pilastri tal-politika soċjali, li huma l-edukazzjoni u t-taħriġ, ix-xogħol, u l-protezzjoni soċjali. |
| L-edukazzjoni hija ċ-ċavetta tal-opportunitajiet, u | għaldaqstant aħna nagħrfu li ma jistax ikollok soċjetà b’saħħitha mingħajr ma tinvesti bis-sħiħ fl-edukazzjoni tal-individwi, f’kull stadju ta’ ħajjithom. Hawnhekk iridu nenfasizzaw li sabiex pajjiż ikollu sistema edukattiva soda, hemm bżonn ta’ reviżjoni kontinwa tal-programmi offruti, fimkien ma’ riżorsi adekwati u modernizzati, u personnel professjonali li jkun kapaċi jilqa’ l-isfidi. Huwa propju għalhekk li din is-sena komplejna ninvestu fir-riżors uman, kif ukoll dak materjali sabiex l-iskejjel tagħna jkunu jistgħu joffru servizz tal-ogħla kwalita`. Madanakollu aħna nagħrfu li għad hemm numru ta’ tfal li ġejjin minn sitwazzjonijiet vulnerabbli li qed jintilfu mis-sistema edukattiva, u li għaldaqstant għandhom bżonn attenzjoni partikolari. Propju sabiex ir-rata ta’ studenti li jitilqu kmieni mis-sistema edukattiva tonqos, aħna nagħrfu li hemm bżonn numru ta’ professjonisti li jaħdmu fuq bażi individwali ma’ dawn il-familji, fil-komunità. Barra minn hekk, pajjiżna jemmen li f’dan il-qasam tant vulnerabbli, hemm bżonn miżuri pro-attivi u mhux punittivi. Dan għaliex nagħrfu li l-miżuri punittivi jistgħu jnibbtu iżjed diskrepenza fis-soċjeta`. Huwa importanti li nifhmu r-raġuni għalfejn għandna tfal li jfallu l-iskola u nindirizzawha billi noffru opportunitajiet ta’ żvilupp u billi nagħtu ċ-ċans lil dawn in-nies li jkunu ‘empowered’. Tajjeb li ngħidu wkoll li pajjiżna jemmen bi sħiħ li dawk kollha li għal xi raġuni jew oħra jkunu tbegħdu mis-sistema edukattiva, għandhom jingħataw opportunita` oħra sabiex jakkwistaw il-ħiliet li jixtiequ. Huwa propju għalhekk li permezz tad-Direttorat tat-Tgħalim Tul il-Ħajja, qegħdin noffru numru sostanzjali ta’ korsijiet f’diversi suġġetti sabiex kull individwu jkun jista’ jattendi fil-kumdita’ tal-lokalita` tiegħu jew fil-viċinanzi. |
| L-Unjoni | Ewropea tagħraf li x-xogħol huwa l-akbar garanzija biex negħlbu l-faqar u l-esklużjoni soċjali u għalkemm din mhijiex awtomatika, nafu li x-xogħol huwa indikatur ewlieni fil-ġlieda kontra l-faqar. Għaldaqstant biex nilħqu l-miri ta’ din is-Sena u nnaqqsu r-riskju ta’ faqar, aħna kommessi li nkomplu ninvestu f’aktar xogħol u xogħol aħjar. Pemezz ta’ opportunitajiet ta’ taħriġ tul l-ħajja, flessibilta` u sigurta` fil-post tax-xogħol, u bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja, Malta qed jirnexxielha tegħleb sfidi kbar. Dan għaliex fiċ-ċokon tagħna irnexxielna nnaqqsu l-qgħad u nsibu l-opportunitajiet tax-xogħol. Barra minn hekk, qed jirnexxielna ngħaqqdu l-kunċett ta’ mpjieg, taħriġ u protezzjoni soċjali permezz ta’ skemi li qed iħarsu lejn metodi li jimmottivaw lill-individwi sabiex ikunu attivi fis-soċjeta’. Il-‘Community Work Scheme’ fi ħdan il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ qegħda jirnexxielha tilħaq dan il-għan billi permezz ta’ kollaborazzjoni mal-kunsilli lokali u l-organizzazzjonijiet volontarji, qegħda taħdem sabiex innaqqsu r-rata ta’ qgħad, inkomplu nħarrġu n-nies, u nnaqssu r-rata ta’ abbuż, fil-waqt li noffru inċentivi biex in-nies jipparteċipaw fis-soċjeta'. Barra minn hekk grazzi għal din l-iskema qed jirnexxielna nagħqdu l-kunċett ta’ lifelong learning mal-kunċett ta’ indipendenza mill-benefiċċji soċjali. Dan għaliex din l-iskema qed toħroġ lin-nies mix-xibka ta’ dipendenza, sabiex ikollhom l-opportunita' li jgħixu ħajja indipendenti. Bħalissa din l-iskema qegħda tiffoka fuq dawk kollha li ilhom aktar minn ħames snin qegħda u li għaldaqstant qegħdin fuq il-benefiċċji soċjali. Taħt din l-iskema, l-kunsilli lokali, l-organizzazzjonijiet volontarji, u l-entitajiet tal-Gvern jistgħu japplikaw sabiex iħaddmu nies fil-lokalita' jew fl-organizzazzjoni għal 30 siegħa fil-ġimgħa għal perjodu ta’ mhux anqas minn sitt xhur. Min jipparteċipa f’din l-iskema jieħu żieda fil-benefiċċji soċjali sa 75% tal-paga minima nazzjonali. B’hekk permezz ta’ din l-iskema qegħdin ngħinu lin-nies sabiex jerġgħu jintegraw fid-dinja tax-xogħol, ikomplu jitħarrġu, u nimminimizzaw ir-riskju li jkollna nies li jaqgħu fin-nassa tal-esklużjoni soċjali jew faqar. Wara s-suċċess li kellna mit-tnedija tagħha fl-2009, il-Gvern is-sena l-oħra ddeċieda li jkompli jestendiha biex ikunu jistgħu jibbenefikaw aktar nies. Illum il-Gvern qed jerġa’ jestendi din l-iskema, bl-għan li sa l-2015 inkunu qed nattiraw lil dawk kollha li ilhom jirreġistraw iżjed minn sitt xhur. Dan huwa sinjal ċar li rridu ngħaddu li aħna nemmnu fil-kwalitajiet tal-bniedem u li ma rridu lil ħadd jaqa’ lura. |
| Tajjeb | li nsemmu li l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali huma kunċetti wiesa’ u kumplessi. Sabiex inkunu nistgħu nindirizzaw il-problema tar-riskju tal-faqar huwa importanti li nagħmu distinzjoni bejn il-faqar suġġettiv u l-faqar oġġettiv. It-tnejn huma fundamentali għalina sabiex nagħrfu kif qed iħossuhom il-persuni meta mqabbla ma’ oħrajn, iżda dawn jirrikjedu miżuri diversi. Fil-waqt li l-faqar oġġettiv jitkellem dwar faqar assolut, il-faqar suġġettiv huwa kif bniedem iħossu meta mqabbel mal-bqija tal-poplu fil-kuntest soċjali tal-ġurnata. Dan ifisser li oġġett li kien meqjus bħala lussu ftit taż-żmien ilu, jista’ llum ikun bżonn u indikatur ewlieni tal-kwalita’ ta’ ħajja. Huwa propju għalhekk li l-politika nazzjonali f’diversi setturi trid tiġi riveduta kontinwament. Aħna nemmnu li sabiex innaqqsu l-persentaġġ ta’ persuni li jinsabu f’riskju ta’ faqar, hemm bżonn li jkollna kollaborazzjoni soda bejn is-setturi sabiex jiġu żviluppati miżuri li jgħinu lil dawn in-nies li jinsabu f’sitwazzjoni vulnerabbli, bl-aħjar mod possibbli. Huwa importanti li ngħidu li l-għan tagħna huwa li nipprevjenu l-faqar, sabiex neliminaw ir-riskju li jkollna inter-ġenerazzjoni ta’ faqar. Min-naħa l-oħra huwa essenzjali li naqilgħu mir-riskju ta’ faqar dawk kollha li jinsabu vittmi billi noffru servizzi u protezzjoni adekwata u nkomplu nsegwu lil dawn il-persuni biex ma jerġgħux jaqgħu fin-nassa tal-faqar ladarba jirnexxielhom joħorġu minnha. |
| Għaldaqstant, nagħrfu li hemm bżonn ta’ valutazzjoni | aktar estiża f’suġġett daqstant importanti, sabiex ikollna stampa aktar ċara ta’ min huma l-persuni li qegħdin jissieltu kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali. L-istatistika tindika li hemm gruppi li huma iżjed f’riskju minn oħrajn, madanakollu jenħtieġ li jkollna aktar riċerka kwalitattiva, li tinvolvi mill-qrib is-settur volontarju li jaħdem bla heda ma’ dawn il-persuni, u l-persuni li qegħdin f’esklużjoni soċjali nnifishom. Jekk ma ninvolvux lil dawn in-nies fit-tfassil tal-azzjonijiet tagħna, inkunu qed nirriskjaw li ngħatu interpretazzjoni limitata ta’ x’inhu jiġri fil-verita. Huwa propju għalhekk li ngħarfu l-importanza li nħarsu lejn is-suġġett ta’ faqar u esklużjoni soċjali minn lenti diretta ta’ min verament qed jesperjenzha. Aħna nemmnu għaldaqstant li għandna nadottaw dak li ngħidulu ‘targeted-approach’ fil-waqt li l-kunċetti ġenerali ta’ ġustizzja soċjali, diversita`, ugwaljanza u inklużjoni jkunu ‘mainstreamed’ f’kull politika jew azzjoni. |
| Fuq | livell Ewropej qed jittieħdu diversi inizjattivi bix dak li seħħ matul din is-Sena ma jintefiex. L-iStrateġija 2020 qegħda tistabilixxi miri konkreti u ambizzjużi għall-membri stati kollha sabiex b’mod kollettiv jiġġieldu l-faqar u l-esklużjoni soċjali. Barra minn hekk fuq livell nazzjonali aħna lqajna din l-isfida u permezz tat-tisħiħ tal-azzjonijiet preżenti u miżuri ġodda se nkomplu naħdmu sabiex noffru livell ta’ għixien aħjar għall-poplu kollu. |
Qabel ngħalaq nixtieq intenni li huwa importanti li nħarsu lejn l-Esklużjoni Soċjali f’dimensjoni aktar wiesa’. L-esklużjoni soċjali m’għandhiex tkun biss responsabilita’ tas-settur soċjali iżda għandna mmorru lil hinn minn hekk. Is-setturi differenti u l-livelli tas-soċjetà għandhom kollha rwol importanti f’dan il-qasam. Ma nistgħux nippruvaw nindirizzaw il-problema tal-faqar u l-esklużjoni soċjali mingħajr ma ninvolvu lis-settur privat, is-settur volontarju, il-midja, il-Gvern lokali, kif ukoll il-Gvern ċentrali fid-diversi oqsma li jmissu b’mod dirett jew indirett mal-faqar. Nixtieq minn hawn nirringrazzja u nħeġġeġ lill-organizzazzjonijiet li jaħdmu bla heda sabiex jibqgħu jkunu ambaxxaturi tad-drittijiet umani.’
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003