stqarrija miS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAL NEGOZJI ŻGĦAR U ARTIJIET
pr2312
10/12/2010
| Rispons tajjeb għall-Att dwar | in-Negozji Żgħar |
| Is-Segretarjat Parlamentari għal | Negozji Żgħar u Artijiet huwa sodisfatt bir-riżultat tal-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika marbut mal-Att dwar in-Negozji Żgħar. Dan il-perjodu kien imniedi mis-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi f’Ottubru li għadda u kien miftuħ għal sitt ġimgħat. |
| Is-Segretarju Parlamentari Jason | Azzopardi qal li f’dan iż-żmien il-Gvern irċieva rispons tajjeb f’kummenti u suġġerimenti dwar il-White Paper li ġiet ippublikata għall-konsultazzjoni. Dan jixhed li dan l-Att intlaqa’ tajjeb minn dawk kollha involuti fis-settur u li jixtiequh ikompli jissaħħaħ. |
| Għalhekk is-Segretarjat Parlamentari | għal Negozji Żgħar u Artijiet jixtieq ifaħħar filwaqt li jirringrazzja lil dawn l-entitajiet li ġejjin li tassew wrew id-dedikazzjoni f’xogħolhom u għall-intrapriża ta’ pajjiżna. Kull waħda minn dawn laqgħet l-istedina tal-Gvern, u kkontribwiet b’mod siewi, f’dan il-proċess ta’ konsultazzjoni. Hekk biss nistgħu niggarantixxu li jkollna liġi li twieġeb għar-realtajiet u l-bżonnijiet tal-lum. |
| Il-Kamra Maltija tal-Kummerċ, | l-Intrapriża u l-Industrija, |
Il-Malta Enterprise,
Id-Dwana,
Id-Dipartiment tal-VAT,
Il-Malta Business Bureu,
| L-Awtorita Maltija għas-Servizzi | Finanzjarji, |
| Il-Ministeru tas-Saħħa, Edukazzjoni u | Kura fil-Komunita, |
| Il-Ministeru għall-Infrastruttura, | Trasport u Komunikazzjoni, |
| L-Awtorita Maltija | għall-Komunikazzjoni, |
Il-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa,
Il-Moviment Koperattiv,
| Is-Segretarjat għall-Imprendituri | Żgħar u Medji fi ħdan il-PN, |
| L-Enterprise Policy Directorate fi | ħdan il-Ministeru tal-Finanzi l-Ekonomija u Investiment, |
Gozo Business Chamber,
L-Assoċjazzjoni għan-Negozju f’Ħaż Żebbuġ u
L-GRTU.
Is-Segretarjat Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet ma jistax ma jinnutax iżda, in-nuqqas ta’ kontribut tal-Oppożizzjoni. Wara bosta interventi fil-Parlament mill-kelliema għall-qasam, il-Gvern kien qed jistenna li l-Oppożizzjoni tagħmel il-kontribut tagħha.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003