Skema tal-Arti fit-Toroq tA’ Għawdex
pr2310
09/12/2010
| Il-Ministeru għal Għawdex qed iniedi l-iskema “Arti | fit-Toroq ta’ Għawdex” li hi intiża biex jiżdiedu x-xogħlijiet tal-arti f’postijiet pubbliċi f’Għawdex. Din is-sejħa għall-kreattività mill-artisti Maltin u Għawdxin, l-ewwel waħda tax-xorta tagħha f’Malta, qed issir bil-għan li tippromwovi s-settur tal-kreattività filwaqt li tgħin biex il-gżira ssir dejjem aktar attraenti u interessanti. |
| Din | l-iskema tħabbret waqt konferenza tal-aħbarijiet mogħtija mill-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono, fuq is-swar taċ-Ċittadella. Hija qalet li permezz ta’ din is-sejħa, artisti Għawdxin kif ukoll Maltin se jkollhom l-opportunità li jissottomettu abbozzi ta’ xogħlijiet li jistgħu jintgħażlu biex isiru fil-kobor u jitpoġġew f’diversi postijiet pubbliċi f’Għawdex. Żiedet tgħid li fil-gżira Għawdxija jinsabu għaddejjin xogħlijiet biex jiġu mtejba u msebbħa postijiet pubbliċi, u li l-opri tal-arti li jintgħażlu se jkomplu jsebbħu dawn is-siti filwaqt li jipproġettaw ideat ta’ artisti kontemporanji. Il-Ministru Debono qalet li permezz ta’ din l-inizjattiva se tinħoloq wirja ta’ xogħlijiet artistiċi fit-toroq u l-ġonna madwar Għawdex, li se jkunu qed jirriflettu l-ambjent naturali, kulturali, storiku u Mediterranju tal-gżejjer tagħna fis-seklu 21. Qalet ukoll li din is-sejħa hija wkoll xhieda ta’ kemm il-Ministeru għal Għawdex jemmen fit-talent kbir li għandu pajjiżna minkejja ċ-ċokon tiegħu. |
| Permezz | ta’ din is-sejħa se jintgħażlu numru ta’ mudelli ta’ xogħlijiet artistiċi oriġinali li jistgħu jiġu kkummissjonati biex isiru fuq skala kbira u jitpoġġew f’diversi postijiet pubbliċi f’Għawdex. Fost il-postijiet li hemm maħsuba, wieħed isib il-Ġnien Villa Rundle, id-daħla u ċ-ċentru storiku tal-Belt Victoria, Marsalforn, ix-Xlendi, l-Imġarr, flimkien ma’ nħawi u postijiet oħra madwar Għawdex. |
| Proposti, flimkien mal-abbozzi, taħt din l-iskema se | jintlaqgħu bejn it-Tnejn 21 u l-Ġimgħa 25 ta’ Frar 2011 u sottomissjonijiet wara din id-data ma jiġux ikkunsidrati. Kull artist interessat jista’ jissottometti sa tliet biċċiet tal-arti. L-artisti jistgħu japplikaw għall-konkors individwalment jew bħala grupp filwaqt li t-tema magħżula m’għandiex tkun dik marbuta ma’ kommemorazzjoni ta’ personaġġi storiċi u reali. |
| Il-bozzetti kollha li jiġu ppreżentati se jkunu | għall-wiri f’wirja li se tittella’ fis-Sala tal-Wirjiet tal-Ministeru għal Għawdex f’Marzu 2010. L-artisti li x-xogħol tagħhom jintgħażel jingħataw kumpens ta’ €1,000 għall-opra tal-arti li ssir proprjetà tal-Ministeru għal Għawdex. |
Iktar informazzjoni tista’ tinkiseb mis-sit elettroniku www.eco-gozo.com jew mid-Dipartiment għal Eko-Għawdex u Żvilupp Reġjonali fuq 2215 6311.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003