Tingħata l-ewwel kisja tarmak matul it-triq tax-Xlendi
pr2308
09/12/2010
| Ix-xogħlijiet fuq il-bini mill-ġdid tat-triq li | mill-Fontana tagħti għax-Xlendi, għaddejjin b’ritmu tajjeb u matul il-ġimgħa li għaddiet kompliet tingħata l-ewwel kisja tarmak. Ix-xogħol fuq din it-triq ilu għaddej mill-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju ta’ din is-sena u kien jinkludi xogħol strutturali intensiv li fforma l-bażi ta’ dawk li se jkunu s-servizzi ġodda marbuta ma’ dan il-proġett. |
| Il-bini | mill-ġdid ta’ din it-triq jifforma parti minn proġett akbar li jinkorpora wkoll il-bini tat-triq li tagħti għas-Santwarju ta’ Pinu. Dan il-proġett huwa stmat li se jiswa €9.5 miljun u se jkun ifisser il-bini mill-ġdid ta’ 2.5 kilometri ta’ toroq bis-saħħa ta’ ko-finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali taħt il-Programm ta’ Politika ta’ Koeżjoni tal-Unjoni Ewropea għal perjodu 2007 – 2013. Dan bil-għan li jiġu mtejba l-kwalità tat-toroq u l-aċċessibilità lejn dawn iż-żewġ attrazzjonijiet turistiċi ewlenin f’Għawdex, għall-benefiċċju kemm tar-residenti Għawdxin kif ukoll tat-turisti li jżuru l-gżira ta’ Għawdex. |
| Ix-xogħlijiet li saru s’issa jinkludu skavar u | l-bini mill-ġdid tat-triq, bini ta’ ħitan tas-sejjieħ, stallazzjonijiet ġodda tas-servizzi tad-drenaġġ, kif ukoll xogħol ieħor marbut mal-immaniġġar tal-ilma tax-xita li jinżel b’volum qawwi minħabba l-pożizzjoni strateġika tat-triq. Ix-xogħlijiet ħadu ħsieb ukoll li tiġi msaħħa l-infrastruttura fis-sistema tal-elettriku u minħabba f’hekk qed jiġi mtejjeb b’mod konsiderevoli dan is-servizz għar-residenzi u stabbilimenti oħra fix-Xlendi. |
| Il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono | spjegat kif il-Ministeru għal Għawdex ħa u għadu qed jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiġu ffaċilitati r-rotot alternattivi kemm fit-triq tax-Xlendi kif ukoll fuq dik Ta’ Pinu. Dan filwaqt li jitnaqqsu l-inkonvenjenzi għall-pubbliku ġenerali speċjalment ir-residenti fl-inħawi. |
| Kompliet | tispjega kif dan huwa biss wieħed mill-proġetti li se jkunu qed jitwettqu f’Għawdex bis-saħħa ta’ ko-finanzjament minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Proġetti oħra li qed jitwettqu jinkludu ristrutturar intensiv fi Ġnien Villa Rundle, twaqqif ta’ taqsima tar-Radjoloġija u t-tieni sala tal-Operazzjonijiet fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex flimkien ma’ ristrutturar u tisbiħ ġenerali fl-inħawi taż-Żewwieqa fil-port tal-Imġarr, Għawdex. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003