Left arrow Mur Lura

IL-PROĠETT TA’ MALTA BĦALA KAPITALI EWROPEA TAL-KULTURA HUWA OPPORTUNITA’ GĦALL-PJAN KULTURALI LI JMUR LIL HINN MILL-2018

pr2307
Date Icon 09/12/2010
Fl-2018,Malta flimkien mal-Olanda se jkollha t-titlu tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura. Din hi possibbilment l-iktar inizjattiva prestiġjuża u viżibbli fuq skala internazzjonali tal-Unjoni Ewropea fil-qasam kreattiv. It-titlu ta’ Kapitali Kulturali Ewropea jippromwovi l-eċċellenza fil-kultura. Dan it-titlu jinkoraġġixxi l-bliet biex iqiegħdu l-kultura fiċ-ċentru tal-iżvilupp u l-innovazzjoni.
Lipajjiż iġorr it-titlu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura ma jfissirx li jippromwovi l-kultura eżistenti biss, iżda li jpoġġi l-kultura u l-kreattività fiċ-ċentru tal-iżvilupp u l-innovazzjoni. B’hekk il-kultura jkollha rwol fir-riġenerazzjoni, l-edukazzjoni, il-kummerċ u l-inklużjoni soċjali. Il-Kapitali Ewropea tal-Kultura tfisser ukoll opportunità għal pajjiżna biex jippromwovi l-wirt storiku Malti. Jeħtieġ li nħarsu lejn pjan għal din il-mira. Iżda fuq kollox, dan il-proġett joffri opportunità biex titfassal strateġija ġdida għall-qasam kulturali li jeħtieġ li tmur lil hinn mis-sena 2018.
Filwaqtli l-istat għandu rwol importanti fil-proġett, il-Kapitali Ewropea tal-Kultura hija opportunità wkoll għall-artisti lokali, l-organizzazzjonijiet kulturali, il-kunsilli lokali u dawk kollha involuti b’mod dirett u indirett f’dan is-settur.
Is-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjentu l-Kultura fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, b’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Inter-Ministerjali għall-Kapitali Ewropea tal-Kultura, se jniedi s-sejħa għal proposti għall-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018 waqt Business Breakfast il-Ġimgħa 17 ta’ Diċembru. Dan il-Business Breakfast huwa intiż għal persuni li huma interessati u attivi fil-qasam kulturali, inkluż artisti, rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet tal-arti, organizzazzjonijiet tal-kultura, kunsilli lokali, industriji kreattivi, is-settur edukattiv, negozji u s-settur tal-volontarjat.  Din l-attività qed issir bil-għan li tingħata informazzjoni dwar il-proċess tal-għażla tal-lokalità u reġjun li jospità l-Kapitali Ewropea tal-Kultura, kif ukoll informazzjoni dwar dak kollu li jinkludi dan l-proġett.
Il-BusinessBreakfast se jsir fil-bini tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija, fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta u jibda fit-8.30 a.m. Se jsiru introduzzjonijiet mill-Onorevoli Dr Mario de Marco u David Felice, Chairman tal-Kummissjoni Inter-Ministerjali tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura Malta 2018, segwit minn preżentazzjonijiet minn membri tal-Kummissjoni. Din l-attività se tkun segwita minn konferenza stampa.
Il-Kapitali Ewropea tal-Kultura hija inizjattiva litkompli fuq il-proġett tal-Bliet Ewropej tal-Kultura u li kien beda fl-1985. Il-fundattriċi ta’ dan il-proġett kienet Melina Mercouri, li dak iz-zmien kienet il-Ministru tal-Kultura fil-Greċja. L-inizjattiva preċedenti tal-Ibliet tal-Kultura twaqqfet fl-2004 u wara beda l-proġett l-ġdid msejjaħ Kapitali tal-Kultura 2005-2019 li kien stabbilit mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri.
Persuniinteressati għal aktar tagħrif u għar-reġistrazzjoni għall-Business Breakfast jistgħu jikkuntattjaw lil Joanna Bowman - joanna.bowman@maltaculture.com / 2124 5168, u jikkonfermaw l-attendenza tagħhom kmieni kemm jista’ jkun, sa nhar l-Erbgħa 15 ta’ Diċembru, 2010.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow