STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
pr2305
09/12/2010
| Mhux veru li l-Oppożizzjoni ma kinitx | taf li l-Onorarja tal-Membri Parlamentari se tiżdied minn 50% għal 70% ta’ Skala 1. Għalhekk il-kummenti li ngħataw minn kelliem tal-Partit Laburista lil The Times li qal li l-Oppożizzjoni saret taf minn mistoqsija parlamentari, mhumiex korretti. |
| Fil-fatt, din iż-żieda kienet ġiet | diskussa bejn il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment f’laqgħa li saret mal-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista l-Onor. Joe Mizzi qabel is-sajf li għadda. L-Oppożizzjoni kienet esprimiet qbil li jkun hemm din iż-żieda fl-Onorarja. L-Oppożizzjoni talbet ukoll li d-deputati jibqgħu intitolati għall-envelopes b’xejn u li l-posta tibqa’ titħallas mill-Parlament. |
| Il-Ministru tal-Finanzi kien iltaqa’ | separatament mal-Ispeaker, mal-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista u mal-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista qabel ma l-Parlament kien aġġorna għall-vaganzi tas-sajf. Hu kien iltaqa’ magħhom f’laqgħat separati minħabba li l-Oppożizzjoni f’Mejju li għadda kienet irtirat il-parteċipazzjoni tagħha mill-Kumitat Magħżul tal-Kamra li kien twaqqaf. |
| The Times tirraporta wkoll li The | reason Labour MP’s had not been aware of this raise was because, according ta’ Mr Fenech, it “is still in the process of implimentation.” Il-Ministru Fenech qatt ma qal li l-Oppożizzjoni ma kinitx taf biż-żieda, iżda fir-risposta parlamentari qal li “d-differenza fl-onorarja tal-membri parlamentari li titħallas mill-Parlament qegħda fil-proċess tal-implimentazzjoni.” |
| Kuntrarju ta’ dak li qal il-kelliem | laburista lil The Times, l-Oppożizzjoni Laburista, kienet taf biż-żieda u qablet magħha. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003