Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT

pr2305
Date Icon 09/12/2010
Mhux veru li l-Oppożizzjoni ma kinitxtaf li l-Onorarja tal-Membri Parlamentari se tiżdied minn 50% għal 70% ta’ Skala 1.  Għalhekk il-kummenti li ngħataw minn kelliem tal-Partit Laburista lil The Times li qal li l-Oppożizzjoni saret taf minn mistoqsija parlamentari, mhumiex korretti.
Fil-fatt, din iż-żieda kienet ġietdiskussa bejn il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment f’laqgħa li saret mal-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista l-Onor. Joe Mizzi qabel is-sajf li għadda.  L-Oppożizzjoni kienet esprimiet qbil li jkun hemm din iż-żieda fl-Onorarja.  L-Oppożizzjoni talbet ukoll li d-deputati jibqgħu intitolati għall-envelopes b’xejn u li l-posta tibqa’ titħallas mill-Parlament.
Il-Ministru tal-Finanzi kien iltaqa’separatament mal-Ispeaker, mal-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista u mal-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista qabel ma l-Parlament kien aġġorna għall-vaganzi tas-sajf.   Hu kien iltaqa’ magħhom f’laqgħat separati minħabba li l-Oppożizzjoni f’Mejju li għadda kienet irtirat il-parteċipazzjoni tagħha mill-Kumitat Magħżul tal-Kamra li kien twaqqaf.
The Times tirraporta wkoll li Thereason Labour MP’s had not been aware of this raise was because, according ta’ Mr Fenech, it “is still in the process of implimentation.”   Il-Ministru Fenech qatt ma qal li l-Oppożizzjoni ma kinitx taf biż-żieda, iżda fir-risposta parlamentari qal li “d-differenza fl-onorarja tal-membri parlamentari li titħallas mill-Parlament qegħda fil-proċess tal-implimentazzjoni.”
Kuntrarju ta’ dak li qal il-kelliemlaburista lil The Times, l-Oppożizzjoni Laburista, kienet taf biż-żieda u qablet magħha.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow