Left arrow Mur Lura

Diskors mill-Onor. Dolores Cristina, Ministru tal-edukazzjoni, xogħol u l-familja, waqt il-Ftuħ ta’ Child Care Centre – Il-Merill – Pembroke – il-Ħamis 9 ta’ Diċembru 2010

pr2301
Date Icon 09/12/2010
L-edukazzjoni bikrija hi meqjusa bħala waħdamill-aktar fażijiet importanti u kruċjali fl-iżvilupp tal-bniedem. Aktar ma’ t-tfal jibdew il-mixja edukattiva tagħhom minn età ċkejkna, f’ambjent ta’ ħarsien u kura, aktar se ngħinuhom fit-triq tal-ħajja tagħhom.
Il-Gvernjemmen li t-tfal tagħna jixirqilhom investiment qawwi f’dan il-qasam, u hu propju għalhekk li fl-aħħar snin sar investiment sostanzjali biex ikollna ċentri għall-kura u l-ħarsien tat-tfal li jkunu aċċessibbli u affordabbli.  Biex dan seħħ kellna bżonn ta’ investiment f’ċentri li jkunu adegwati u li jkollhom ir-riżorzi meħtieġa, biex kull tifel u tifla jkollhom l-opportunità li jidħlu f’xi wieħed minn dawn iċ-ċentri.
L-iskopwara dan kollu hu li noffru servizz personalizzat ta’ kwalità għolja lit-tfal kollha, b’enfażi partikolari għal dawk it-tfal li għal xi raġuni jew oħra jeħtieġu attenzjoni speċjali minħabba sitwazzjoni vulnerabbli li tpoġġihom f’riskju.
Dinis-sena, ftaħna numru ta’ ċentri fl-iskejjel tagħna u f’postijiet oħra. Twaqqfet ic-Child Care Unit fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi. Anke jekk s’issa għad m’għandniex leġislazzjoni meħtieġa, għandna standards ta’ livell tajjeb ħafna.
Wara lidin is-sena li se tintemm ftit jiem oħra, ftaħna uffiċjalment ċentri f’Bormla u fis-Siġġiewi, illum qegħdin hawn, f’Pembroke biex niftħu ċentru ieħor “Il-Merill”.
Sadattant, ċentri privati  ngħataw għajnuna minnfondi nazzjonali u minn fondi Ewropej biex ikunu jistgħu jsaħħu l-operat tagħhom. Barra minn hekk, hemm ukoll numru ta’ ċentri mmexxija mill-Knisja u mill-organizzazzjonijiet volontarji li qed jagħmlu ferm ġid għal pajjiżna f’dan il-qasam hekk kruċjali għat-trobbija tat-tfal tagħna.
Permezztaż-żieda fil-vot li jħares lejn l-investiment taċ-Child Care Centres imħabbar fl-aħħar Baġit, is-sena li ġejja aħna kommessi li niftħu  ċentri oħra, din id-darba fil-Furjana u Santa Venera. Se nkomplu ninvestu f’dan is-settur biex inkunu nistgħu niftħu aktar ċentri madwar Malta u Għawdex.
L-investiment fiċ-ċentri taċ-Child Careiservi skop doppju. Filwaqt li qed noffru ħarsien u programm edukattiv li jgħin lit-tfal fl-iżvilupp tal-ħiliet tagħhom, qed ngħinu wkoll lill-ġenituri biex ikunu jistgħu jieħdu sehem attiv fid-dinja tax-xogħol, u permezz ta’ hekk ikun aktar faċli għall-familja biex issib bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja familjari.
Tajjebli nfakkar li fl-aħħar erba’ Baġits ittieħdu numru ta’ miżuri li kienu mmirati proprju biex jilħqu dan l-iskop. Tajna tnaqqis, sa’ massimu ta’ €1,000, mid-dħul taxxabbli għall-ġenituri li jibagħtu lit-tfal tagħhom f’childcare centres reġistrati;
Introduċejna miżura li permezz tagħha, l-ispejjeżrelatati maċ-childcare li jsiru minn min iħaddem fir-rigward tal-impjegati tiegħu jiġu mnaqqsa mid-dħul taxxabbli ta’ dak l-employer;
Daħħalnawkoll li kull ħlas għal childcare li jsir minn min iħaddem lill-impjegati ma jibqax jiġi kkunsidrat bħala fringe benefit u għaldaqstant ma jkunx taxxabbli.
Flimkienma’ dawn il-miżuri, kienet ukoll iddaħħlet il-possibbilità li childcare centre reġistrat jista’ japplika biex ikun meqjus bħala educational establishment mad-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni u allura dak is-servizz ikun eżentat mill-ħlas tal-VAT.
Fil-Baġit ta’ sentejn ilu daħħalna miżura oħra ta’tnaqqis fit-taxxa lill-ġenituri li għandhom lill-uliedhom jattendu kindergartens privati fejn ingħatalhom massimu ta’ €1,000 fis-sena. Fl-aħħar Baġit din ġiet estiża wkoll għal dawk il-ġenituri li jibagħtu lit-tfal tagħhom fiċ-childcare centres u kindergarten centres fis-sajf ukoll.
Kifwieħed jista’ jara madwaru, iċ-Ċentri tagħna huma mgħammra bl-aħjar faċilitajiet li jgħinu lit-tfal jitgħallmu waqt li jkunu ndukrati minn professjonisti mħarrġa apposta. Irrid nagħmilha ċara li filwaqt li wieħed mill-iskopijiet ta’ dawn iċ-ċentri, hu kif għidt, li ngħinu lin-nisa jidħlu lura fi-dinja tax-xogħol, dawn iċ-ċentri m’għandhomx iservi ta’ Baby Sitting Centres, fejn il-ġenituri jpoġġu ‘l uliedhom żgħar għax hemm min jeħdilhom ħsiebhom.
Il-ġenituri jibqalhom id-dmir u l-obbligu li jkunuhuma l-ewwel edukaturi ta’ uliedhom. L-Istat bl-istrutturi tiegħu qiegħed hemm biex jappoġġja l-ħidma tal-ġenituri biex ilkoll flimkien nassiguraw li t-tfal tagħna jkollhom tfulija ferriħija li matulha jagħmlu l-ewwel passi lejn bini ta’ karattru sod u lejn edukazzjoni li tiggarantilhom futur mill-isbaħ.
Nixtieqnieħu din l-okkażżjoni biex nirringrazzja lil dawk kollha li ħadmu biex tawna dan iċ-Ċentru mill-isbaħ kif ukoll lil dawk li se jmexxuh.
Hul-pjaċir tiegħi għalhekk, li niddikjara uffiċjalment miftuħ dan iċ-Ċentru għall-Kura tat-Tfal – Il-Merill.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow