CHRIS SAID B’RIKONOXXIMENT INTERNAZZJONALI GĦALL-ĦIDMA FAVUR LOKALITAJIET SOSTENIBBLI
pr2300
09/12/2010
| Il-ħidma | tas-Segretarju Parlamentari Chris Said favur lokalitajiet sostenibbli ngħatat rikonoxximent internazzjonali hekk kif irċieva l-Premju għall-Ambjent Gianfranco Merli mogħti mill-Movimento Azzurro Associazione Ambientalista. Il-Premju ngħatalu waqt ċerimonja li saret f’Montecitorio, fil-bini tal-Parlament Taljan, f’Ruma. |
| Il-motivazzjoni għall-għoti ta’ dan il-premju | internazzjonali lis-Segretarju Parlamentari Chris Said tgħid hekk: |
| “għall-ħidma leġislattiva favur inizjattivi | innovattivi u skemi favur żvilupp sostenibbli fit-territorju ta’ Malta u Għawdex, kif dokumentat mill-ħidma tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, u biex dawn il-mudelli jittieħdu bħala eżempju fiz-zona Ewro-Mediterranja sabiex jinbena futur aħjar għall-ġenerazzjonijiet tal-futur.” |
| F’kelmtejn għall-okkażjoni, is-Segretarju | Parlamentari Chris Said spjega l-ħidma tal-Gvern Malti favur lokalitajiet sostenibbli fl-oqsma ambjentali, ekonomiċi u soċjali. Hu qal li Malta u Għawdex għandhom realta’ għal kollox differenti minn pajjiżi Ewropej oħra minħabba ċ-ċokon u l-insularita’. F’dan il-kuntest il-Gvern Malti qed joffri l-finanzjament, l-għajnuna u l-għodda kollha neċessarja lill-Kunsilli Lokali u lill-NGOs biex jutilizzaw bl-aħjar mod il-programmi ta’ finanzjament mill-Unjoni Ewropea. |
| Chris | Said qal li l-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond għall-Iżvilupp Rurali, fost l-oħrajn, qed jagħtu ċ-ċans li jsir żvilupp sostenibbli b’mod ħolistiku. Il-Kunsilli Lokali jinvestu f’sistemi ta’ enerġija alternattiva; kumpaniji qed ikunu megħjuna jinvestu f’teknoloġija li tagħmel anqas ħsara lill-ambjent; filwaqt li għaqdiet tal-bdiewa, raħħala u proċessuri qed jingħataw għajnuna sostanzjali biex itejbu l-metodi tal-produzzjoni tagħhom. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003