Delegazzjoni Parlamentari tattendi Konferenza organizzata mill-Gvern Belgjan
Delegazzjoni Parlamentari magħmula mid-Deputati l-Onor Philip Mifsud u l-Onor Charles Buhagiar attendew għal Konferenza organizzata mill-Gvern Belġjan bħala parti mill-attivitajiet tal-Presidenza Belġjana tal-Unjoni Ewropea bit-tema tal-Iżvilupp fit-Transport sabiex tissaħħaħ l-ekonomija tal-Unjoni Ewropea.
Il-Konferenza kienet maqsuma f’żewġ sessjonijiet. Fl-ewwel sessjoni saret diskussjoni dwar l-iżvilupp tal-infrasruttura għall-mezzi differenti tat-trasport. Din il-parti tal-Konferenza ġiet miftuħa mill-Viċi President tal-Kummisjoni Ewropea responsabbli mit-trasport, Slim Kallas. Wara saret prezentazzjoni teknika minn Griet De Ceuster, Direttur tat-Trasport f’Leuven.
| Fit-tieni sessjoni ġiet trattata l-komunikazzjoni | elettronika u saru diskorsi minn Herve Jacquemin dwar il-protezzjoni tal-konsumatur skond il-liġi Ewropea u diskors ieħor minn Merijin Schik dwar l-użu tal-media elettronika. |
| Matul | din il-Konferenza ġie enfasizzat il-bżonn tal-iżvilupp tal-infrastruttura tat-trasport b’mod partikolari fil-Mediterran fejn hemm il-ħtieġa li l-portijiet prinċipali jkunu mqabbdin mat-toroq arterjali tal-Ewropa (TENT) biex b’hekk jiffaċilita t-trasport tal-merkanzija. Ġie nnutat ukoll li l-pożizzjoni ta’ Malta bħala gżira hi unika għax it-trasport mal-bqija tal-Ewropa jiddependi fuq l-infrastruttura tal-portijiet u tal-ajruporti ta’ pajjiżi oħra. Sar ukoll aċċenn għall-bżonn ta’ aktar investiment fl-infrastruttura tat-trasport tal-pajjiżi ġodda. |
| Il-Konferenza ntemmet b’diskors ta’ ringrazzjmaent | minn Maggie De Block li hi l-President tal-Kumitat dwar l-Infrastruttura u Trasport tal-Gvern Belġjan. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003