STQARRIJA MINISTERJALI MILL-PRIM MINISTRU DR LAWRENCE GONZI DWAR IL-KUNSILL EWROPEW TAT-28 U 29 TA’ OTTUBRU, IL-LAQGĦA MAL-PM UNGERIŻ VIKTOR ORBÀN U S-SUMMIT EU AFRIKA
pr2294
07/12/2010
Mr Speaker,
| Illejla nixtieq | nirrapporta lill-Kamra dwar il-parteċipazzjoni tiegħi fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-28 u 29 ta’ Ottubru li għadda. Kif taf il-Kamra, is-soltu nagħti dan ir-rapport fl-ewwel opportunita` wara l-Kunsill. Din id-darba, in vista ta’ numru ta’ fatturi, inkluż id-diskussjoni dwar l-Estimi tas-sena d-dieħla b’aġenda maqbula bejn iz-zewġ naħat, kelli nħalli din l-istqarrija għall-aktar tard. |
| Illum ser nieħu wkoll | l-opportunita` biex nirraporta lill-Kamra dwar il-laqgħa li f’Novembru kelli mal-Prim Ministru Ungeriz Viktor Orbàn in vista tal-Presidenza Ungeriża tal-Kunsill Ewropew matul l-ewwel nofs tas-sena d-dieħla kif ukoll dwar is-summit bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika ġewwa Tripli l-Libja li nzamm il-ġimgħa li għaddiet. |
| Il-Kunsill Ewropew (28 u | 29 ta’ Ottubru 2010) |
| Nibda billi nqiegħed | kopja tal-Konklużjonijiet ta’ din il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tema ewlenija ta’ dan il-Kunsill kien ir-rapport tat-task force dwar il-governanza ekonomika mwaqqaf mill-Kunsill Ewropew ta’ Marzu li għadda; dan ir-rapport ġie diskuss u approvat. Qed inpoġġi kopja ta’ dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra. |
| Il-krizi | finanzjarja reċenti uriet il-bżonn ta' bidla sinifikanti fil-governanza ekonomika Ewropea. F’dan il-kuntest twaqqfet din it-task force sabiex tħejji u timmatura suġġerimenti għall-bidliet u l-izviluppi meħtieġa. |
| Bħala | Kunsill Ewropew qbilna li l-implimentazzjoni ta’ dan ir-rapport għandha twassal għal aktar dixxiplina fiskali, tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika, ko-ordinazzjoni akbar u l-iżvilupp ta’ qafas robust għall-ġestjoni tal-krizijiet, kif ukoll għal istituzzjonijiet aktar b'saħħitħom. |
| Issa | l-pass li jmiss huwa l-adozzjoni tal-leġislazzjoni sekondarja meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' ħafna mir-rakkomandazzjonijiet. Il-mira hija li l-Kunsill u l-Parlament Ewropew jilħqu ftehim dwar il-proposti leġislattivi tal-Kummissjoni sas-sajf li ġej. |
| Nixtieq | nirrimarka li l-Kunsill mhux iqis dan proċess bħala wieħed akkademiku. L-għan aħħari huwa tisħiħ sostanzjali tal-element ekonomiku tal-Unjoni Monetarja Ewropea li għandha twassal għal żieda fil-fiduċja favur it-tkabbir sostenibbli, l-impjiegi u l-kompetittivita`. |
| F’rabta | mar-rapport tat-Task Force, u sabiex ikun żgurat tkabbir ekwilibrat u sostenibbli, qbilna dwar il-ħtieġa li jkun imwaqqaf mekkaniżmu permanenti għall-kriżijiet, sabiex tiġi ssalvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja taż-żona tal-euro. Għalhekk, il-President tal-Kunsill Ewropew għaddej b’konsultazzjonijiet mal-membri tal-Kunsill Ewropew dwar il-bidla limitata fit-trattat meħtieġa għal dan, u li ma timmodifikax l-Artikolu 125 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-klawsola li tipprojbixxi s-salvataġġ finanzjarju ("no bail-out" clause). |
| Fil-frattemp il-Kummissjoni se tibda, | f'konsultazzjoni mill-qrib mal-President tal-Kunsill Ewropew, ħidma preparatorja dwar il-karatteristiċi ġenerali ta' dan il- mekkanizmu ġdid, inkluż is-sehem tas-settur privat, ir-rwol tal-Fond Monetarju Internazzjonali u l-kondizzjonalita` iebsa li taħtha għandhom joperaw programmi fi ħdan dan il-mekkanizmu. |
| Il-pjan | huwa li matul il-Kunsill Ewropew li ser isir il-ġimgħa d-dieħla (16 u 17 ta’ Dicembru) nieħdu decizjoni finali kemm dwar profil ta' mekkanizmu għall-krizijiet kif ukoll dwar l-emenda zgħira fit-Trattat. Qbilna wkoll li kwalunkwe` bidla trid tiġi ratifikata sa mhux aktar minn nofs l-2013. |
| Dan | il-Kunsill inżamm qabel is-summit tal-G20 li sar f’Seoul (11 u 12 ta’ Novembru). Għalhekk ġew diskussi l-prijoritajiet kemm tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Istati Membri li huma membri tal-G20 għas-summit ta' Seoul. Kien hemm qbil li s-summit għandu jagħti sinjal ambizzjuż rigward l-implimentazzjoni tal-miżuri miftiehma fil-Qafas għal Tkabbir b'Saħħtu, Sostenibbli u Bbilancjat, b'mod partikolari rigward il-pjani għall-konsolidazzjoni fiskali, ir-riforma tar-regolamentazzjoni finanzjarja, il-koeżjoni socjali, il-ħolqien tax-xogħol u l-ħtieġa għal aktar riformi strutturali. L-Unjoni Ewropea tenfasizza l-ħtieġa li s-swieq ikomplu jinzammu miftuħa, li tingħata spinta lin-negozjati ta' Doħa u li tiġi adottata aġenda għall-izvilupp b'orjentazzjoni lejn it-tkabbir. Fl-istess ħin għandha tiġi evitata kull forma ta' protezzjoniżmu u l-involviment f'movimenti marbuta mar-rati tal-kambju bl-għan li jinkisbu vantaġġi kompetittivi fuq perijodu qasir. |
| Matul | dawn il-ġranet tinsab għaddejja il-Konferenza ta' Cancun dwar it-tibdil fil-klima. Fil-Kunsill Ewropew għarafna li l-ħtieġa ta' progress biex tiġi indirizzata l-problema tat-tibdil fil-klima qed issir dejjem aktar urġenti. Inqisu li huwa importanti li l-Konferenza ta' Cancun tagħmel pass sinifikanti, waqt li tibni fuq il-Protokoll ta' Kjoto u tħejji t-triq lejn qafas ġlobali u komprensiv. Dan għandu jintegra l-gwida politika mogħtija fil-Qbil ta' Kopenħaġen. L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha għandu jkollhom rwol kostruttiv u jwasslu messaġġ wieħed. Il-Kunsill Ewropew approva l-konkluzjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Ottubru 2010 dwar it-tħejjija għall-Konferenza ta' Cancun u ikkonferma r-rieda tal-Unjoni Ewropea li tqis perijodu ieħor ta' impenn taħt il-Protokoll ta' Kjoto, sakemm il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dawn il-konkluzjonijiet jiġu sodisfatti. |
| Laqgħa mal-Prim Ministru | Ungeriż Viktor Orbán (22 ta’ Novembru 2010) |
| Nhar it-Tnejn 22 ta’ | Novembru kelli laqgħa ġewwa Kastilja mal-Prim Ministru Ungeriz Viktor Orbán fejn iddiskuttejna il-prijoritajiet tal-Presidenza Ungeriza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea matul l-ewwel sitt xhur tas-sena d-dieħla. |
| Il-Presidenza Ungeriza | qed tipproponi erba’ prijoritajiet: |
| L-ewwel priorita` hija | t-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjieġi u l-koeżjoni soċjali. Hawnhekk jidħlu wkoll il-proposti leġislattivi li għadni kemm semmejt. L-iStrateġija 2020 hija l-għodda għall-ħolqien tal-impjiegi u t-tisħiħ tal-kompettivita` u l-inklużjoni soċjali. Taħt il-Presidenza Ungeriza trid tibda l-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija. Flimkien ma’ dan, il-Presidenza ser tkun taħdem fuq elementi oħra, inkluż l-adozzjoni tas-Single Market Act u l-ħolqien tal-patent Ewropea. |
| Ewropa aktar b’saħħitha | hija t-tieni priorita`. Din tinkludi ħidma fuq policies ewlenin tal-Unjoni Ewropea li diġa’ jeżistu, inkluż il-Politika Agrikola Komuni u l-politika tal-koeżjoni, kif ukoll xogħol fuq policies oħra li qed jizviluppaw bħal per eżempju politika komuni dwar l-enerġija. Ovvjament il-preparamenti għall-perspettivi finanzjari ta’ wara l-2013 huma marbuta ma’ dawn l-iżviluppi. |
| It-tielet priorita` hija | li l-Unjoni Ewropea tkun eqreb għac-cittadini tagħha. Għalhekk, il-Presidenza Ungeriża ser taħdem għal rizultati tanġibbli fl-oqsma tal-liberta`, sigurta` u ġustizzja li jimpattaw fuq il-ħajja ta’ kuljum fil-kuntest tal-prinċipji u l-objettivi tal-iStockholm Programme. F’dan il-kuntest, il-Prim Ministru Orbán stqarr l-impenn tiegħu favur l-iżvilupp ta’ sistema ta’ ażil komuni Ewropea. |
| L-aħħar priorita` huwa | tkabbir responsabbli tal-Unjoni u l-impenn globali. In-negozjati mal-Kroazja jinsabu fl-aħħar fażi. Fil-waqt li huwa importanti li l-Kroazja tkun laħqet il-kriterji ta’ sħubija qabel jingħalqu n-negojati, daqstant ieħor huwa importanti li dawn ma jdumux aktar mill-meħtieġ. Minbarra l-Iżlanda, hemm ukoll il-proċess tan-negozjati mat-Turkija u ħidma mal-Balkani tal-Punent. L-Unjoni Ewropea hija l-akbar donatur fid-dinja fil-ġlieda kontra l-faqar; il-Presidenza Ungeriza ser tibda d-diskussjoni dwar it-tiġdid ta’ politika komuni dwar ko-operazzjoni għall-izvilupp. |
| Summit EU – Afrika (29 u | 30 ta’ Novembru 2010) |
| Il-ġimgħa li għaddiet, bejn id-29 u t-30 ta' | Novembru attendejt is-Summit bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika li nżamm fi Tripli. |
| Is-Summit li ġabar 80 mexxej ta’ Gvern u Stat, 53 | mill-Afrika u 27 mill-Unjoni Ewropea, kien ospitat mill-mexxej Libjan Muammar Ghaddafi. F'dan is-Summit li kellu bħala tema prinċipali "l-Investiment, it-tkabbir ekonomiku u t-tkattir ta' l-impiegi" l-Unjoni Ewropea u l-Afrika iddiskutejna it-tisħiħ fil-kooperazzjoni f'oqsma bħall-integrazzjoni reġjonali u infrastruttura, il-bidla fil-klima u l-enerġija, il-paci u s-sigurta', l-iżvilupp u d-drittijiet umani, u l-immigrazzjoni u x-xogħol. |
| Jiena | tkellimt bħala l-lead speaker għall-Unjoni Ewropea fuq il-bidla fil-klima u l-isfidi li din iġġib magħha, partikolarment għal pajjiżi vulnerabbli u dwar il-bżonn ta' soluzzjonijiet komuni. Is-Summit addotta id-Dikjarazzjoni ta' Tripoli, li qed inpoġġi kopja tagħħa fuq il-Mejda tal-Kamra, flimkien ma' Strateġija Komuni fuq id-diversi oqsma imsemmija għas-snin 2011-2013. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003