Stqarrija mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Xoghol u l-Familja: Il-Gvern ħa diversi miżuri favur il-Familja
pr2293
07/12/2010
| F’dawn l-aħħar snin il-Gvern | introduċa numru ta’ inizjattivi biex aktar nisa u ommijiet jibqgħu jew jidħlu lura fid-dinja tax-xogħol. Għalhekk ħoloq inċentivi inkluż tnaqqis fl-income tax għall-ommijiet u żieda fic-Child Care Centres b’dan l-iskop u daħħal ukoll numru ta’ miżuri favur il-familja biex ikun hemm aktar bilanċ bejn l-interessi tax-xogħol u l-interessi tal-familja. |
| Il-fatti juru assolutament | il-kuntrarju ta’ dak li qalet l-Oppożizzjoni fl-istqarrija tagħha. |
| Il-Gvern Malti mhux kontra | l-estensjoni fil-leave tal-maternita’ iżda dejjem insista li dwar dan għandu jkun hemm qbil biex il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea joffru l-istess kundizzjonijiet fil-pajjiżi rispettivi tagħhom u li dan għandu jidħol b’mod gradwali wara li jsiru studji dwar l-impatt ta’ din il-miżura. |
| Fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri | tal-Politika Soċjali li saret il-bieraħ fi Brussels, intwera tħassib dwar l-impatt ta’ kif saret il-proposta tal-Parlament Ewropew li hi differenti minn dik tal-Kummissjoni stess, u li jista’ jkollha konsegwenzi li mhux mixtieqa fuq il-pajjiżi membri f’dawn iż-żminijiet diffiċli. |
| Evidentement l-istqarrija | tal-Oppożizzjoni hi waħda mgħaġġla, li ma qieset xejn mid-diskussjoni li saret il-bieraħ. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003