Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Xoghol u l-Familja: Il-Gvern ħa diversi miżuri favur il-Familja

pr2293
Date Icon 07/12/2010
F’dawn l-aħħar snin il-Gvernintroduċa numru ta’ inizjattivi biex aktar nisa u ommijiet jibqgħu jew jidħlu lura fid-dinja tax-xogħol.  Għalhekk ħoloq inċentivi inkluż tnaqqis fl-income tax għall-ommijiet u żieda fic-Child Care Centres b’dan l-iskop u daħħal ukoll numru ta’ miżuri favur il-familja biex ikun hemm aktar bilanċ bejn l-interessi tax-xogħol u l-interessi tal-familja.
Il-fatti juru assolutamentil-kuntrarju ta’ dak li qalet l-Oppożizzjoni fl-istqarrija tagħha.
Il-Gvern Malti mhux kontral-estensjoni fil-leave tal-maternita’ iżda dejjem insista li dwar dan għandu jkun hemm qbil biex il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea joffru l-istess kundizzjonijiet fil-pajjiżi rispettivi tagħhom u li dan għandu jidħol b’mod gradwali wara li jsiru studji dwar l-impatt ta’ din il-miżura.
Fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministrital-Politika Soċjali li saret il-bieraħ fi Brussels, intwera tħassib dwar l-impatt ta’ kif saret il-proposta tal-Parlament Ewropew li hi differenti minn dik tal-Kummissjoni stess, u li jista’ jkollha konsegwenzi li mhux mixtieqa fuq il-pajjiżi membri f’dawn iż-żminijiet diffiċli.
Evidentement l-istqarrijatal-Oppożizzjoni hi waħda mgħaġġla, li ma qieset xejn mid-diskussjoni li saret il-bieraħ.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow