Left arrow Mur Lura

Laqgha tal-Kunsill tal-EPSCO -  7 ta’ Dicembru 2010, Brussels

pr2292
Date Icon 07/12/2010
Il-Ministru tas-Sahha,l-Anzjani u Kura fil-Komunita’, Dr Joe Cassar, ippartecipa fil-Laqgha tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ghax-Xoghol, Politika Socjali, Sahha u Drittijiet tal-Konsumaturi (EPSCO) fi Brussels, illum is-7 ta’ Dicembru 2010.
Il-Kunsill iddiskutadiversi temi ta’ importanza kbira.
Intlahaq ftehim politikufuq in-natura ta’ bidliet ghar-regolamentazzjoni kurrenti fil-provediment ta’ informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi.
Il-Ministriqasmu l-esperjenzi taghhom fir-rigward tal-pandemija tal-H1N1. Il-Ministru Cassar appogga l-proposta ta’ strategija ta’ xiri u distribuzzjoni ta’ vaccin u medicini kontra mard pandemiku fuq livell Ewropew, u dan sabiex ikun assigurat it-tqassim xieraq skond il-bzonnijiet reali u kurrenti tal-popolazzjoni. Din l-istrategija tahseb biex ma jkunx hemm stock zejjed u titnaqqas il-hela fl-Unjoni Ewropea fil-waqt li l-Istati Membri jakkwistaw il-medicini bi prezzijiet irhas.
Il-Ministriddiskutew ukoll ir-rapport li pproduca il-Kumitat tal-Politika Ekonomika u l-Kummissjoni Ewropea ghas-Sistemi tas-Sahha fl-Ewropa.
Maltasahqet fuq il-bzonn li s-sistemi tas-sahha Ewropej ikunu accessibli ghall-kura ta’ kwalita’ universali u jassiguraw tqassim gust u solidarjeta’, minghajr ma’ jiddiskriminaw l-origini socjo-ekonomiku jew geografiku, u dan fil-waqt li jkomplu joholqu sistemi ta’ sahha sostenibbli ghall-futur.
Il-Ministri tas-Sahhaaddottaw il-konkluzjonijiet tal-Kunsill ghall-futur tal-haddiema fi hdan is-servizzi tas-Sahha Ewropej, metodi innovattivi tal-mod li bieh jigi ffaccjat mard kroniku u nnovazzjonijiet, kif ukoll solidarjeta’ fis-settur farmacewtiku.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow