IN-NAXXAR IXIDD IL-LIBSA TA’ ‘RAĦAL FIL-MILIED’
pr2287
07/12/2010
| Nhar il-Ħadd 12 ta' | Diċembru l-Kunsill Lokali tan-Naxxar se jgħaqqad l-għaqdiet kollha tal-lokal biex flimkien jorganizzaw l-attività nazzjonali msejħa ‘Ir-Raħal fil-Milied’. L-attività tnediet waqt konferenza tal-aħbarijiet fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar bis-sehem tas-Segretarju Parlamentari għall-Kunsilli Lokali Chris Said u tas-Sindku tan-Naxxar Maria Fatima Deguara. |
| Għal dakinhar se jkun | hemm programm mimli daqs bajda li jinkludi divertiment, spettaklu, ikel tradizzjonali tal-Milied, il-purċissjoni bil-bambin, korijiet, kant, wirjiet, daqq mill-banded tal-lokal u anki oħrajn li joffru spettaklu, bħall-Big Friends Guggen Musik. Se jkun hemm parati kemm mill-iscouts kif ukoll mill-Wild Strength Dancers. |
| Għal darba oħra | wieħed se jkun jista’ jżur diversi postijiet ta’ interess fosthom Palazzo Parisio. Barra minn hekk se jkun hemm ukoll Presepju ħaj fi Pjazza Castro. In-Naxxar sar rinomat għad-dawl sabiħ tiegħu u fil-fatt hemm stennija kbira biex il-pubbliku jerġa’ jammira dan id-dawl sabiħ li għal din is-sena qed jerġa’ jiżdied fuq li diġà kien hemm. |
| Għal din is-sena ġiet | estiża ż-żona fejn se ssir l-attività u għalhekk anki sa wara l-Knisja se jkun hemm ukoll is-suq tal-Milied. Il-ħwienet se jkunu miftuħa wkoll il-ġurnata kollha sal-aħħar tal-attività. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Chris Said qal li ‘Raħal fil-Milied’ hi waħda min-numru kbir ta’ attivitajiet li diversi Kunsilli Lokali qed jorganizzaw f’dan iż-żmien tas-sena biex inisslu l-ispirtu tal-Milied fil-komunitajiet tagħhom. Fost dawn hemm attivitajiet li diġà saru bħall-Christmas Market fin-Nadur, oħrajn li qed isiru bħalissa bħal ‘Bethlehem f’Għajnsielem’, filwaqt li oħrajn bħall-attivitajiet tal-Mellieħa, l-Imġarr, Paola, Ħal Tarxien, Tas-Sliema u x-Xlendi se jsiru fil-ġimgħat li ġejjin. Żewġ attivitajiet oħra se jsiru lejliet l-ewwel tas-sena, waħda nazzjonali fil-Floriana u l-oħra fil-Belt. Uħud minn dawn l-attivitajiet qed ikunu megħjuna bl-għajnuna tal-iskema attivitajiet kulturali. |
| Chris Said qal li | attività bħal dik li se jorganizza l-Kunsill Lokali tan-Naxxar tagħti identità akbar lill-lokalità. Hu fakkar li fl-emendi tal-liġi tal-Kunsilli Lokali li daħlu fis-seħħ jinkludu aktar spazju mill-Kunsilli Lokali lill-artisti fil-lokalità biex jippromwovu l-identità tal-lokalità u jsaħħu s-sens imprenditorjali billi jgħinu lin-negozji fil-lokalità. |
| L-attività ‘Raħal | fil-Milied’ fin-Naxxar se tkun qed issir nhar il-Ħadd it-12 ta’ Diċembru 2010 bejn l-10.30am u l-11pm fil-qalba tar-raħal tan-Naxxar. |
| Intant is-Segretarju | Parlamentari Chris Said żar ukoll il-pannelli foto-voltajċi li kienu installati fiċ-Ċentru Ċiviku tan-Naxxar bl-għajnuna ta’ skema biex Kunsilli Lokali jieħdu inizjattivi ta’ energy saving fil-lokalitajiet. Il-pannelli installati fin-Naxxar kapaċi jiġġeneraw sa 2KW u s-sistema toffri l-faċilità lill-Kunsill Lokali iżomm rendikont ta’ kemm ikun qed jiġġenera enerġija u kemm ikun qed jiffranka flus. Il-ħsieb huwa wkoll li din l-informazzjoni tibda tkun ukoll aċċessibli online fuq il-website tal-Kunsill. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003