Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, FL-OKKAŻJONI TAT-TNEDIJA TAL-EMPLOYEE SUPPORT PROGRAMME FI ĦDAN L-UFFIĊĊJU TAR-RIŻORSI UMANI FL-AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA, FIĊ-ĊENTRU TAL-MEDITERRAN GĦALL-KONFERENZI, IL-BELT VALLETTA

pr2286
Date Icon 07/12/2010
Segretarju PermanentiEwlieni, Mistednin Distinti, Sinjuri,
Dan li qed nagħmlullum huwa ħolqa oħra f’katina ta inizjattivi marbutin ma’ xulxin.
Huwa konferma ta’kemm il-Gvern qiegħed ipoġġi l-bniedem fiċ-ċentru tal-politika u tal-ħidma tiegħu. Dan nagħmluh għax nemmnu fil-potenzjal ta’ kull Malti u Maltija. Potenzjal li rridu nkomplu nikkultivawh permezz tal-investiment tagħna fir-riżorsa umana kemm fl-edukazzjoni u kemm fis-servizzi anċillari oħra li jkomplu jsaħħu dan il-potenzjal.
Għalhekk huwa ta’pjaċir li nkun hawn magħkom dalgħodu għat-tnedija ta’ dan il-proġett. Proġett li jiffoka b’mod speċjali fuq is-saħħa olistika tal-ħaddiem tal-Gvern. Huwa ħolqa oħra fl-investiment li qed inwettqu fl-Amministrazzjoni Pubblika. Ġimgħatejn ilu kelli l-opportunità li ninawgura ċ-Ċentru għall-Iżvilupp, Riċerka u Taħriġ – ċentru li se jilqa’ eluf ta’ ħaddiema biex jitħarrġu.
L-Employee SupportProgramme li qed inniedu llum jikkumplimenta dan l-investiment fit-taħriġ. Biex ħaddiem jilħaq il-potenzjal kollu tiegħu, it-taħriġ waħdu mhux biżżejjed. Ħaddiem irid ikollu wkoll struttura ta’ appoġġ għal meta jiffaċċja xi diffikultà.
Is-servizz li qegħdininniedu llum huwa mmirat biex dawk il-ħaddiema li jsibu ruħhom f’xi diffikultà minħabba xi ċirkustanza partikulari li jkunu għaddejjin jew li għaddew minnha, ikunu jistgħu jsibu l-appoġġ ta’ professjonisti li jgħinuhom jerġgħu jagħtu tifsira olistika lill-ħajjithom. Id-dinja u l-ħajja mgħaġġla toffrilna ħafna sfidi minn mewt ta’ xi qarib jew burnout sforz il-pressjoni li jistgħu jaffettwaw is-saħħa mentali u emozzjonali tagħna.
Li persuna tfittex l-għajnunaf’dak il-mument partikulari qatt m’għandu jitqies bħala sinjal ta’ dgħjufija. Għal kuntrarju, huwa sinjal ta’ maturità, ta’ rieda u ta’ determinazzjoni.
Tul is-snin,investejna f’servizzi soċjali u ta’ sostenn li jagħmluna kburin b’dak li għandna bħala poplu. B’servizz ta’ edukazzjoni u saħħa li huma offruti lil kull individwu bla ħlas kif ukoll benefiċċji soċjali bħal children’s allowance, għajnuna lir-romol, għajnuna lil persuni b’diżabilità fl-edukazzjoni u fix-xogħol, u tant forom oħra ta’ għajnuna nistgħu ngħidu li verament għandna qafas soċjali b’saħħtu.
Dan is-servizz ta’appoġġ li qed inniedu llum, għandu jiġi kumplimentat b’inizjattivi oħra minn min iħaddem.
Bħala l-akbarorganizzazzjoni ta’ min iħaddem, l-Amministrazzjoni Pubblika diġà tipprovdi miżuri favur il-familja u miżuri li jassiguraw bilanċ xieraq bejn il-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja. Aħna nibqghu ambizzjużi u rridu nagħtu dejjem aktar. Nibqgħu naspiraw – li nkunu ta’ mudell għal azjendi oħra, għal ħaddiema oħra li lkoll jaraw l-Amministrazzjoni Pubblika bħala mudell avvanzat ta’ intrapriża ħajja u dinamika.

Sinjuri,

Biex inkompluninvestu fl-ekonomija ta’ pajjiżna u biex ikollna ekonomija b’saħħitha jrid ikollna Amministrazzjoni Pubblika b’saħħitha. Irid ikollna ħaddiema mħarrġa kif ukoll ħaddiema b’saħħithom. Hekk biss jista’ jkollna Amministrazzjoni Pubblika li tiffunzjona u li tkun effettiva u effiċjenti.
Nemmnu fil-potenzjaltal-ħaddiema tagħna u għalhekk il-Gvern qiegħed jinvesti mhux biss fil-ħiliet tagħhom permezz tat-taħriġ imma wisq aktar f’saħħithom permezz ta’ dan il-programm. Dan il-Programm jista’ għalhekk jitqies bħala inizjattiva oħra għaqlija biex il-Gvern ikompli jtejjeb l-Amministrazzjoni Pubblika.
Huwa ta’ sodisfazzjongħalija li fi żmien ħmistax ftaħna ċ-Ċentru għall-Iżvilupp, Riċerka u Taħriġ u dan il-programm flimkien ma’ skola ġdida f’Għawdex. Dawn l-inizjattivi kollha huma xhieda ta’ kemm dan il-Gvern qiegħed ipoġġi l-bniedem fiċ-ċentru tal-politika u tal-ħidma tiegħu.

Grazzi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow