Left arrow Go Back

Richmond Foundation – l-ewwel NGO fil-qasam soċjali u tas-saħħa li kisbet l-ISO 9001

pr2283
Date Icon 06/12/2010
Il-Fondazzjoni Richmondsaret l-ewwel NGO li taħdem fl-oqsma soċjali u tas-saħħa li ngħatat iċ-ċertifikat MSA EN ISO 9001. Iċ-ċertifikat kien ippreżentat mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Konsumatur u Kompetizzjoni Ġusta Chris Said liċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Richmond Anthony E. Guillaumier, fil-preżenza taċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għall-Istandards (MSA) Francis E. Farrugia waqt ċerimonja li saret fil-kwartieri tal-Fondazzjoni f’Santa Venera.
Il-Fondazzjoni Richmondtagħmel xogħol u tipprovdi servizzi fil-komunità lill-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali. Bħalissa l-Fondazzjoni għandha 1,031 klient.
Il-Fondazzjoni ilhamwaqqfa mill-1993 u hi NGO reġistrata. Illum topera minn diversi bnadi fosthom l-uffiċċju ċentrali, Santa Venera, Villa Chelsea f’B’Kara, fil-Hostel tal-Floriana, il-K.I.Ds Programme fiż-Żejtun u ċ-Ċentru tat-Teknoloġija u Taħriġ f’Santa Venera. Il-Fondazzjoni Richmond għandha madwar 40 impjegat full-time u part-time, u tistrieħ fuq is-servizzi ta’ 40 voluntiera ieħor kif ukoll numru sabiħ ta’ professjonisti bħal psikologi u terapisti.
Is-SegretarjuParlamentari Chris Said faħħar ix-xogħol siewi li l-Fondazzjoni Richmond qed tagħmel għall-komunità Maltija u sostna li mhux faċli li organizzazzjoni bħalha, li tistrieħ fuq ħafna xogħol volontarju, tilħaq livelli daqstant għolja ta’ kwalità.
Chris Said spjega lil-kisba ta’ dan iċ-ċertifikat mill-Fondazzjoni Richmond għandha tkun ta’ sodisfazzjon doppju għall-management, għall-ħaddiema u għall-voluntiera tal-Fondazzjoni. Dan għaliex il-Fondazzjoni saret l-ewwel NGO fl-oqsma soċjali u tas-saħħa li ngħatat iċ-ċertifikat u anki għaliex bħala NGO ma kellha l-ebda pressjoni fuqha biex timplimenta sistema tal-immanniġġjar ta’ kwalità u biex titlob li tkun ċertifikata fuq l-istess sistema.
Normalment l-ISO 9001jingħata lil organizzazzjonijiet fil-qasam tal-kummerċ, il-manifattura u s-servizzi. L-ISO 9001 sar essenzjali għal kumpaniji li jkunu jridu jippenetraw swieq barranin tant li hu meqjus bħala l-passaport għas-swieq internazzjonali.
Minkejja dan,il-Fondazzjoni Richmond ħasset li għamlet avvanzi biżżejjed u talbet biex tkun ċertifikata fuq il-kwalità tal-immaniġġjar. Chris Said qal li l-ISO 9001 se jgħin lill-Fondazzjoni biex tibqa’ toffri servizzi bl-istess kwalità u konsistenza; biex tnaqqas id-dupplikazzjoni, u biex tkompli ttejjeb is-servizzi pprovduti.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow