Left arrow Go Back

STQARRIJA KONĠUNTA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI, XOGĦOL U L-FAMILJA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-KONSUMATURI, KOMPETIZZJONI ĠUSTA, KUNSILLI LOKALI U KONSULTAZZJONI PUBBLIKA

pr2282
Date Icon 06/12/2010
L-Oppożizzjonikontra li l-Kunsilli Lokali jingħataw aktar għajnuna finanzjarja
Il-kelliematal-Oppożizzjoni dwar id-Djar u l-Kunsilli Lokali ma fehmux sew iż-żewġ skemi mħabbra mill-Awtorità tad-Djar il-ġimgħa li għaddiet u li huma maħsuba li jtejbu l-ambjent fiżiku u dak soċjali ta’ fejn jeżistu oqsma tad-djar tal-Gvern. Dan billi qed tiġi offruta għajnuna finanzjarja sostanzjali għat-titjib tal-partijiet komuni fl-oqsma tad-djar, għar-riġenerazzjoni tal-ambjent fiżiku tal-madwar, u għall-organizzazzjoni ta’ korsijiet edukattivi għall-familji li jgħixu fl-istess oqsma tad-djar.
Għal dawn iż-żewġskemi il-Kunsilli Lokali se jkunu qed jirċievu fondi addizzjonali biex jagħtu servizz aqwa lill-familji fl-oqsma tad-djar. Bejniethom l-iskemi jinvolvu 10 miljun ewro fuq sitt snin – fondi li l-Kunsilli Lokali se jkunu qed jirċievu jekk jieħdu sehem f’dawn l-iskemi u li l-Oppożizzjoni trid ittellifhom.
L-iskemi se jitwettqubil-koperazzjoni sħiħa tal-Kunsilli Lokali. Barra minn hekk l-iskemi huma fuq bażi volontarja u mhux se jsiru b’impożizzjoni. Fi kliem ieħor il-Kunsilli Lokali jagħżlu huma jekk japplikawx għal dawn l-iskemi.
Il-Gvern iħeġġeġlill-Kunsilli Lokali japplikaw għall-fondi taħt dawn l-iskemi għaliex jemmen li jistgħu jagħmlu d-differenza u jistgħu joffru servizz tajjeb lir-residenti tagħhom.
Tajjeb jingħad li l-Awtoritàtad-Djar ilha minn Settembru tiltaqa’ mas-Sindki jew rappreżentanti tal-Kunsilli Lokali tal-lokalitajiet fejn hemm il-binjiet tal-Gvern. F’dawn il-laqgħat kienu diskussi l-iskemi u kif il-Kunsilli jistgħu jaħdmu id f’id mal-Awtorità għall-ġid ta’ dawn ir-residenti. L-għan ta’ dawn il-laqgħat kien li l-Awtorità tisma l-ilmenti, is-suġġerimenti u l-ideat ta’ l-istess Kunsilli u fil-fatt l-iskemi huma mibnija fuq l-ideat u s-suġġerimenti ta’ l-istess Kunsilli li min-naħa tagħhom kellhom rispons pożittiv ħafna għall-inizjattiva.
L-Awtorità, flimkienmal-Kunsilli Lokali, qed tniedi dawn l-iskemi biex isir żvilupp fl-oqsma residenzjali tal-Gvern madwar Malta u Għawdex. L-iskop ewlieni hu li nindirizzaw aħjar il-ħtiġijiet tar-residenti b’mod aktar ħolistiku billi jkollna proġetti li jħarsu mhux biss lejn żvilupp fiżiku iżda jkunu jinkludu wkoll programmi edukattivi u soċjali biex insaħħu l-inklużjoni soċjali u ntejbu l-kwalità ta’ ħajja tar-residenti.
B’kuntrast l-Oppożizzjonima fehmitx kif se jitħaddmu l-iskemi.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow