Laqgħa tal-Ministri tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi Ewropej fi Brussell
pr2280
06/12/2010
| Il-Ministru tal-Finanzi, | l-Ekonomija u Investiment, Tonio Fenech, jinsab Brussell, fejn se jipparteċipa fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN) u l-laqgħa tal-Grupp tal-Ewro (Eurogroup). Tonio Fenech hu akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Alfred Camilleri u mir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta gћall-Unjoni Ewropea Richard Cachia Caruana. |
| Il-Ministri tal-Finanzi | Ewropej se jkomplu d-diskussjoni dwar is-sitwazzjoni fl-Irlanda wara l-approvazzjoni tal-programm ta’ aġġustament finanzjarju li gћandu jippermetti li dan il-pajjiż iwettaq riformi strutturali li jgћinu t-tkabbir ekonomiku b’saћћtu u sostenibbli u li jissalvagwardjaw il-qagћda ekonomika u soċjali taċ-ċittadini Irlandżi. |
| Se tkompli wkoll | d-diskussjoni dwar it-tisћiћ tal-kooperazzjoni ekonomika fl-Ewropa filwaqt li bi tћejjija gћall-Kunsill Ewropew tas-16 u s-17 ta’ Diċembru 2010 se jkunu diskussi żewġ rapporti dwar il-levies fuq il-banek kif ukoll dwar l-impatt tar-riformi fil-pensjonijiet fl-Istati Membri tal-UE fuq il-Patt ta’ Stabbilità u Tkabbir. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003