Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAL NEGOZJI ŻGĦAR U ARTIJIET

pr2279
Date Icon 06/12/2010
Mhux veru li ser tittieħed arttal-bdiewa
Bitweġiba għall-istqarrija tal-lum, tal-kelliem tal-Oppożizzjoni Dr Joseph Sammut, is-Segretarjat Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet jikkundanna it-tentattiv ta’ tixrid ta’ paniku fost il-bdiewa, bil-qlajja li ser titteħdilhom l-art.  L-istqarrija imsemmija hija bbażata fuq frott l-immaġinazzjoni ta’ min ma jixtieqx ġid lill-bdiewa.
Id-Dipartimenttal-Artijiet m’għandu ebda talba biex tiġi esproprjata l-art in kwestjoni bil-konsegwenza li tittieħed mingħand il-bdiewa.   Id-Dipartiment tal-Artijiet għalhekk jippreċiża li ħareġ biss avviż fil-Gazzetta tal-Gvern, biex Transport Malta taghmel survey tal-art, bi preparazzjoni għall-kostruzzjoni ta’ culvert għall-ilma.  Dan kollu skond il-provvedimenti tal-ligi.
Għalhekk huwa mill-iżjedsorprendenti kif l-istqarrija tal-Oppożizzjoni titkellem dwar “deċizjoni tal-Gvern li medda ta’ art ta’ daqs ta’ 120 tomna raba tista tittieħed mid-Dipartiment tal-Artijet”.  Din hija ħrafa oħra maħsuba biex ittellef.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow