Left arrow Mur Lura

l-iskema pharmacy of your choice (poyc) f’birkirkara

pr2277
Date Icon 06/12/2010
Id-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek(POYC) jixtieq jinforma lill-pazjenti li joqgħodu Birkirkara u li huma ntitolati għall-mediċini b’xejn mingħand il-Gvern, li fil-ġimgħat li ġejjin l-Iskema tal-POYC ser tiġi estiża għal dan il-lokal.
Għaldaqstant, il-pazjenti li joqgħodu f’dawnil-lokalitajiet u li għandom il-Kartuna s-Safra u dawk li huma ntitolati għall-mediċini tad-diabete u li s-soltu jiġbru l-mediċini tagħhom mill-Ispiżerija taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara, huma mitluba jassiguraw li għandhom id-dokumenti kollha meħtieġa u validi biex jkunu jistgħu jibbenifikaw mill-Iskema.  Id-dokumenti jinkludu:
1.   Il-Kartunas-Safra / il-Kartuna u l-Formola r-Rosa / u l-Kartuna l-Bajda għall-mediċini kkontrollati (skont kif japplika)
2.   Il-Permessli jintitolak għall-mediċini fuq l-approvazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa (MEU)
Id-datatal-ftuħ tar-Reġistrazzjoni għandha titħabbar aktar tard.  Id-Dipartiment tal-POYC, filwaqt li jirringrazzja lil pazjenti għal koperazzjoni tagħhom, jixtieq jgħarraf li ma tistax tiġi aċċettata l-ebda applikazzjoni jekk ma tkunx fuq il-Formola Uffiċjali li ser titqassam fl-Ispiżeriji ta’ dan il-lokal fi żmien qarib.
Min għandu bżonn ta’ aktar informazzjoni huwaġentilment mitlub jċempel fuq 2248 1800 jew 2210 6350.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow