Open Day fl-Iskola Sekondarja Ġdida tas-Subien f’Għawdex
| Mijiet | ta’ tfal u għalliema mill-iskejjel kollha f’Għawdex, kif ukoll ġenituri, żaru l-Iskola Sekondarja Ġdida tas-Subien fi ħdan il-Kulleġġ ta’ Għawdex, li llum fetħet il-bibien tagħha għal pubbliku. Dan sar bħala parti mill-attivitajiet marbuta mal-inawgurazzjoni uffiċċjali ta’ din l-iskola li saret il-bieraħ mill-Onor Lawrence Gonzi, Prim Ministru. Prezenti ghall-inawgurazzjoni kien hemm ukoll l-Onor. Giovanna Debono, Ministru ghal Ghawdex, l-Onor. Dolores Cristina, Ministru tal-Edukazzjoni, Xoghol u l-Familja, flimkien ma’ ufficjali mill-Fondazzjoni ghall-Iskejjel ta’ Ghada kif ukoll mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni. L-Open Day saret ukoll bil-għan li l-pubbliku jkun jista’ japprezza l-ambjent sabiħ u akkoljenti li toffri l-iskola l-ġdida, li din is-sena qed tilqa’ madwar 700 student li jattendu klassijiet tal-iskola sekondarja mill-ewwel sal-ħames sena . |
| Il-Prim | Ministru, l-Onor. Lawrence Gonzi u l-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, iltaqgħu mal-istudenti, l-għalliema, genituri u ma’ dawk kollha preżenti waqt l-open day li matulha saru diversi attivitajiet għall-familja kollha. |
| L-attrazzjonijiet | ewlenin kienu jinkludu fiera tal-kotba; rokna tal-passatempi; wirja tal-presepji; tpinġija u daqq ta’ strumenti mużikali minn studenti li jattendu l-iskola u l-għalliema taghom; sessjonijiet dwar il-fotografija u video editing; wirja tal-arti u l-artiġjanat miċ-Ċentru Għawdxi tal-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri; wirja ta’ pjanti u ritratti li jagħtu xhieda tax-xogħol involut fil-bini tal-iskola l-ġdida kif ukoll ritratti li juru l-iskola l-qadima; sessjonijiet tal-Auto Cad; wirja ta’ xogħlijiet tal-istudenti fil-laboratorju tat-tessuti; xandir dirett ta’ programmi minn stazzjon tar-radju lokali; attivitajiet sportivi li jinkludu t-table-tennis, table soccer u threadmill u attivitajiet sportivi oħra mill-istudenti ta’ Skola Sport. Saru wkoll sessjonijiet ta’ taħriġ u informazzjoni kif ukoll kompetizzjonijiet tat-table football mill-Malta Table Football Sports Association (MTFSA). Barraminhekk studenti li jattendu l-Istitut għall-Istudji Turistiċi f’Għawdex biegħu ikel u xorb li ppreparaw huma stess mil-laboratorju tal-ikel fl-istess skola. Biegħu wkoll ħelu tal-Milied li għamlu huma bħal mince pies u Christmas log. |
L-iskola Sekondarja Ġdida tas-Subien f’Għawdex tinkludi fost faċilitajiet oħra, 45 klassi, 6 technology workshops, 9 laboratorji tax-xjenza, 5 laboratorji tal-kompjuters, żewġ kmamar tal-multimedia, uffiċini għall-amministrazzjoni tal-iskola, librerija moderna u diversi kmamar oħra fejn isir tagħlim tal-komunikazzjoni grafika, Home Economics, Design and Tedchnology u arti. Il-laboratorji tal-bijoloġija, kimika, fiżika, xjenza, teknoloġija u disinn u ICT huma mgħammra b’interactive whiteboards u apparat tekniku ieħor relatat mat-tagħlim. Gie mahsub ukoll biex l-ispazju taht l-iskola jintuza bhala parkegg li jesa’ madwar 140 karozza. Fid-dawl tal-viżjoni tal-gvern li jagħmel minn Għawdex gżira ekoloġika, din l-iskola hija mibnija b’attenzjoni speċjali għall-użu għaqli tal-enerġija, u tinkludi l-bini ta’ sun pipes biex parti mill-iskola tiġi mdawla b’mod naturali, solar water heaters u double-glazing.
Sadanittant għaddejjin xogħlijiet fuq fażi oħra tal-proġett li hu ppjanat li jkompli jżid il-faċilitajiet f’din l-iskola permezz ta’ grawnd b’turf sintetiku, kif ukoll faċilitajiet oħra biex jiġu prattikati l-attivitajiet sportivi. Il-grawnd ser ikun jinkludi wkoll parkeġġ taħt l-art li ser ikun qed iżid spazji għal 226 karozza ohra.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003