Inawgurat il-Presepju ‘Waqqaf it-Tinda Tiegħu Fostna’ f’Ghawdex
pr2270
04/12/2010
Għas-sitt sena konsekuttiva, il-Banca Giuratale li tinsab fi Pjazza Indipendenza fir-Rabat Għawdex, ser tkun qed toffri attrazzjoni unika għaż-żmien tal-festi tal-Milied. Din is-sena ser ikun hemm għall-wiri presepju tal-Milied bit-tema Waqqaf it-Tinda Tiegħu Fostna, imtella’ mill-artist Aaron Agius.
| Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, | inawgurat dan il-presepju artistiku kif ukoll wirja ta’ diversi inċiżjonijiet relatati ma’ żmien il-Milied, li ġew mislufa lill-Uffiċċju tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex mill-Professur Joe Vella. Il-Ministru spjegat kif permezz ta’ din l-inzijattiva, kull sena qed jinbena presepju artistiku li minbarra li jikkumplimenta t-tiżjin u l-attivitajiet marbuta ma’ dawn il-festi, qed ikun ukoll xogħol artistiku ta’ livell għoli. Żiedet tgħid li dan juri wkoll l-interess fil-presepju li għadu ħaj fost is-soċjetà Għawdxija. Il-Ministru Debono sostniet li l-Ministeru għal Għawdex permezz tad-diversi siti allokati għall-wiri ta’ xogħlijiet artistiċi, qiegħed jippromwovi t-talent qawwi li jgawdi Għawdex fis-settur kulturali u b’hekk iżid l-attrazzjonijiet li joffri Għawdex filwaqt li jsostni t-talent Għawdxi. |
| L-artist żagħżugħ Għawdxi ta’ 27 sena, bena dan | il-presepju bil-ġablow. Huwa qassmu f’seba’ xeni tipiċi, li jwasslu għal grotta li hi l-qofol ta’ kull presepju u li ta’ kull sena tfakkar it-twelid ta’ Sidna Gesu Kristu elefejn sena ilu. |
| Minbarra din il-wirja, f’Għawdex ser ikun hemm | diversi wirjiet u attivitajiet oħra li ser ikunu qed iżidu mal-attrazzjonijiet u attivitajiet reliġjużi, kulturali u soċjali għal dawn iż-żmien ta’ festi. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003