Left arrow Go Back

Inawgurat il-Presepju ‘Waqqaf it-Tinda Tiegħu Fostna’ f’Ghawdex

pr2270
Date Icon 04/12/2010

Għas-sitt sena konsekuttiva, il-Banca Giuratale li tinsab fi Pjazza Indipendenza fir-Rabat Għawdex, ser tkun qed toffri attrazzjoni unika għaż-żmien tal-festi tal-Milied. Din is-sena ser ikun hemm għall-wiri presepju tal-Milied bit-tema Waqqaf it-Tinda Tiegħu Fostna, imtella’ mill-artist Aaron Agius.

Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono,inawgurat dan il-presepju artistiku kif ukoll wirja ta’ diversi inċiżjonijiet relatati ma’ żmien il-Milied, li ġew mislufa lill-Uffiċċju tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex mill-Professur Joe Vella.  Il-Ministru  spjegat kif permezz ta’ din l-inzijattiva, kull sena qed jinbena presepju artistiku li minbarra li jikkumplimenta t-tiżjin u l-attivitajiet marbuta ma’ dawn il-festi, qed ikun ukoll xogħol artistiku ta’ livell għoli. Żiedet tgħid li dan juri wkoll l-interess fil-presepju li għadu ħaj fost is-soċjetà Għawdxija. Il-Ministru Debono sostniet li l-Ministeru għal Għawdex permezz tad-diversi siti allokati għall-wiri ta’ xogħlijiet artistiċi, qiegħed jippromwovi t-talent qawwi li jgawdi Għawdex fis-settur kulturali u b’hekk iżid l-attrazzjonijiet li joffri Għawdex filwaqt li jsostni t-talent Għawdxi.
L-artist żagħżugħ Għawdxi ta’ 27 sena, bena danil-presepju bil-ġablow. Huwa qassmu  f’seba’ xeni tipiċi, li jwasslu għal grotta li hi l-qofol ta’ kull presepju u li ta’ kull sena tfakkar it-twelid ta’ Sidna Gesu Kristu elefejn sena ilu.
Minbarra din il-wirja, f’Għawdex ser ikun hemmdiversi wirjiet u attivitajiet oħra li ser ikunu qed iżidu mal-attrazzjonijiet u attivitajiet reliġjużi, kulturali u soċjali għal dawn iż-żmien ta’ festi.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow