Diskors mill-Onor. Chris Said, Segretarju Parlamentari ghall-Konsumaturi, Kompetizzjoni Gusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika, waqt il-Konferenza dwar ‘il-Konsumatur Zaghzugh’ – il-Belt Valletta - 4 ta’ Dicembru 2010
pr2269
04/12/2010
| Qabelxejn nirringrazzjakom tal-istedina biex | nindirizza din il-konferenza dwar “il-Konsumatur Żagħżugħ”. Konferenza b’din it-tema qed tiġi fi żmien propizju hekk kif madwar ġimgħatejn ilu, ressaqna fil-Parlament l-Abbozz ta’ Liġi li jistabbilixxi l-Awtorita’ ta’ Malta dwar il-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur. Huwa żmien li fih qed nagħtu spinta aktar minn qatt qabel lil dawn l-oqsma. |
| Qabel | nitkellem dwar l-Awtorita’ l-ġdida, xtaqt nindirizza s-suġġett tal-konferenza billi nirreferi għal numru ta’ inizjattivi li qed jittieħdu f’pajjiżna u b’mod usa’ fl-Unjoni Ewropea, fl-interess tal-konsumaturi, u b’mod partikolari fl-interess tal-konsumaturi żgħażagħ. |
| Illum | iżjed minn qatt qabel, iż-żgħażagħ, u jien ngħid anki t-tfal tagħna, qed jiġu bbumbardjati b’reklamar dwar prodotti u servizzi varji. Mhux l-iskop tiegħi li nidħol fid-dettall dwar il-metodi ta’ marketing li qed jintużaw, u dwar kif bir-reklamar jippruvaw iħajru lilna l-konsumaturi - kbar u żgħar - biex nixtru affarijiet li mhux dejjem ikollna bżonn. Iżda rrid inwassal il-messaġġ dwar kemm hu importanti li jkollna konsumaturi edukati, infurmati u responsabbli. |
| Għal | ħafna, l-espressjoni ‘edukazzjoni tal-konsumatur’ hija sinonima mal-ilmenti tal-konsumatur jew mas-servizz mogħti wara l-bejgħ. Waqt li dawn huma kunċetti importanti fl-edukazzjoni tal-konsumatur, hemm firxa usa’ ta’ aspetti li kull konsumatur għandu jkun konxju tagħhom. |
| Illum | qed ngħixu realta’ differenti għal kollox minn dik li kellna sa għaxra, ħmistax jew għoxrin sena ilu. Illum il-kummerċ elettroniku, l-E-Commerce, hu kunċett li sar parti minn ħajjitna. Minn stħarriġ li sar mill-Kummissjoni Ewropea fl-2009, jirriżulta li Malta għandha t-tieni l-akbar persentaġġ ta’ konsumaturi li jixtru minn fuq l-internet minn pajjiżi oħra fl-Ewropa. |
| Is-sena | li għaddiet, 34 fil-mija tal-konsumaturi Maltin xtraw minn fuq l-internet mill-anqas darba. Interessanti kif 61 fil-mija taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin ta’ bejn is-sittax u l-erbgħa u għoxrin sena xtraw on-line minn pajjiżi oħra. Dan jikkuntrasta mal-40 fil-mija tal-adulti bejn il-25 u l-54 sena, u mas-7 fil-mija ta’ bejn il-55 u l-74 sena. |
| Fl-opinjoni tiegħi din l-istatistika tkompli | tikkonferma li ż-żgħażagħ tagħna jeħtieġ li jkunu aktar konxji tad-drittijiet u l-obbligi tagħhom bħala konsumaturi – mhux biss bħala konsumaturi f’pajjiżna, iżda wkoll bħala konsumaturi fid-dinja virtwali fuq l-internet. F’ħajja iżjed mgħaġġla u b’teknoloġija avvanzata disponibbli għat-tfal sa minn età żgħira, hemm bżonn li anke huma jifhmu xi tfisser tkun konsumatur. |
| Inħoss li l-awtoritajiet, inkluż il-Gvern, huma | fid-dmir li jinfurmaw lill-pubbliku in ġenerali dwar id-drittijiet tagħhom, dwar kif jistgħu jeżerċitawhom, dwar x’għandhom jistennew mis-sidien tan-negozji. |
| Irridu li l-konsumaturi tagħna jkollhom l-għodda | kollha f’idejhom sabiex ikunu jistgħu jagħmlu l-aqwa għażliet u jieħdu l-aħjar passi. Irridu nibdew biex lill-konsumaturi żgħażagħ ngħallmuhom kif jieħdu ħsieb flushom. Kif bil-ftit flus li jistgħu jirċievu bħala stipendju jew pocket money jistgħu jibdew ifaddlu. Mat-tfaddil, imbagħad, iridu jitgħallmu jfasslu budget u jaraw kemm minn dak it-tfaddil jistgħu jonfqu f’okkażjoni partikolari – bħal xirja, festa, dawra mal-ħbieb. U ma tistax tagħmel budget jekk ma telenkax il-prijoritajiet tiegħek u tara x’inhu l-iżjed importanti. Huma kollha temi li se jibqgħu jħabbtu wiċċhom magħhom għal kumplament ta’ ħajjithom u għalhekk jagħmel sens u jkun ta’ benfiċċju jekk dan it-tip ta’ tagħlim jidħol fl-iskejjel sa minn kmieni. |
| Sa | minn kmieni wkoll għandna nagħmlu l-istudenti tagħna iżjed konxji tal-kwalità tal-ikel li jieklu, tat-tikketti fuq il-prodotti tal-ikel li jixtru u tal-prodotti kollha li jixtru biex jgħixu iżjed b’saħħithom. |
| Tema | oħra importanti għall-istudenti tagħna hi l-valur tal-flus. Kif tieħu l-iżjed minnhom u kif tieħu l-iżjed li jissodisfak l-aktar. Ħafna drabi wieħed jitgħallem dawn l-affarijiet meta jintebah li jkun żbalja … meta jixtri xi ħaġa li wara jirriżultalu li ma kenitx tiswa dak l-ammont, jew meta bl-istess ammont seta’ xtara iżjed. Bi ftit tagħlim maħdum apposta għall-istudenti, nistgħu ngħinu biex niżviluppaw fihom sens ta’ konsumatur attent minn kmieni. |
| F’dan | il-kuntest, dak li qed isir hu ħafna. Fl-aħħar 10 xhur ittieħdu numru ta’ inizjattivi favur il-konsumatur. |
Iċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur
| Nibda | billi nsemmi ċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur ta’ Malta li joffri servizz partikolari lill-konsumatur. Dan iċ-Ċentru joffri informazzjoni u assistenza lill-konsumatur meta jixtri minn pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea. L-idea hi, li konsumatur li jixtieq igawdi mill-għażla kbira ta’ prodotti u servizzi li joffri s-Suq Ewropew, ikollu ċertu livell ta’ protezzjoni f’dan is-suq. |
| Iċ-Ċentru Malti, li bħalu jeżistu 28 oħra madwar | l-Ewropa, jfittex u jiġbor informazzjoni dwar temi li huma ta’ interess għall-konsumatur, bħal per eżempju drittijiet ta’ passiġġieri li jsiefru bl-ajru, timeshare, consumer credit, metodi ta’ ħlas u klassifikazzjoni ta’ stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni. |
| Fil-ħidma tiegħu biex jipprovdi informazzjoni | ghall-konsumatur, iċ-Ċentru ippubblika wkoll materjal edukattiv, fosthom materjal dwar bejgħ ta’ oġġetti lill-konsumatur u garanziji, xiri ta’ vetturi mill-Unjoni Ewropea, xiri minn fuq l-internet, prattici kummercjali mhux ġusti u aspetti varji ta’ turiżmu f’Malta. |
| Minbarra dan kollu, iċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur | ta’ Malta iħaddem is-sit elettroniku Howard – The Shopping Assistant – meqjus biċċa għodda mill-aktar importanti biex il-konsumatur jitgħallem iħares l-interessi tiegħu meta jixtri on-line. Permezz tiegħu, kull min jixtri on-line, jista’ jara siti differenti x’tip ta’ klassifikazzjoni ngħataw minn users oħra li wżahom fi żmien riċenti. |
Europa Diary
| Proġett ieħor hu l-Europa Diary. Dan hu proġett | iffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea u f’Malta l-kordinazzjoni tiegħu issir mid-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni. Dan id-djarju jitqassam mingħajr ħlas lil kważi erba’ miljun żagħżugħ Ewropew ta’ bejn il-15 u t-18 –il. Din is-sena, madwar 10,000 student Malti u Għawdxi irċievew u qed jużaw l-Europa Diary. |
| Id-Dipartiment tal-Kompetizzjoni u l-Konsumatur | jikkontribwixxi numru ta’ artikli bil-Malti li jiġu ppubblikati fl-edizzjoni Maltija ta’ dan id-djarju. Dawn l-artikli jinkitbu apposta għall-istudenti Maltin u jittrattaw suġġetti varji marbuta mad-drittijiet tal-konsumatur bħas-sigurta’ u s-saħħa; l-ambjent, u kif dan jista’ jiġi protett aħjar; u fuq id-drittijiet tagħna bħala ċittadini u konsumaturi Ewropej. |
| Dan | id-Dipartiment jemmen li s-saħħa tal-konsumatur hija l-edukazzjoni u l-informazzjoni. Il-konsumatur għandu jkun infurmat fuq dawk li huma d-drittijiet legali tiegħu u dan id-djarju huwa għodda oħra biex inwasslu din l-informazzjoni u l-edukazzjoni għand l-istudenti Maltin u Għawdxin - il-konsumaturi tal-lum u ta’ għada. |
Dolceta
| Il-konsumatur żagħżugħ f’pajjiżna qed jintlaħaq | ukoll permezz tal-website tad-DOLCETA. Din il-website fiha taqsimiet sħaħ intiżi għat-tagħlim dwar aspetti varji bħad-drittijiet u obbligi tal-konsumatur, is-servizzi finanzjarji, is-saħħa u sigurtà tal-konsumaturi, il-konsum sostenibbli u l-protezzjoni ambjentali. |
| Aspett interessanti u mill-iżjed pożittiv tas-sit | tad-Dolceta huwa d-distinzjoni fil-kontenut bejn pajjiż u ieħor sabiex l-informazzjoni li tinstab fis-sezzjoni ta’ taqsima tkun partikolarment rilevanti għal dak il-pajjiż. Fis-sit għal Malta wieħed isib informazzjoni rilevanti għall-kundizzjonijiet ta’ pajjiżna, fosthom l-effiċjenza fl-enerġija, l-insulazzjoni tajba fid-djar, u lesson-plans għall-għalliema li jitkellmu dwar il-kuntest lokali. |
Consumer Credit Regulations
| Fl-1 | ta’ Ottubru li għadda f’pajjiżna daħħalna fis-seħħ regolamenti ġodda dwar consumer credit – regolamenti intiżi biex iħarsu lil dawk il-konsumaturi li jieħdu self bejn 200 ewro u 75,000 ewro. |
| Ir-regolamenti jsaħħu d-drittijiet tal-konsumatur | f’fażijiet differenti ta’ meta dan imur biex jieħu self. Jispeċifikaw kif għandu jsir il-ftehim ta’ self, x’tip ta’ kuntratti u x’tip ta’ informazzjoni għandu jkun fihom, ta’ xhiex għandu jintalab ħlas u fejn m’għandux ikun hemm ħlas, u jistabbilixxi perjodu li matulu l-konsumatur ikun jista’ jinħall mill-kuntratt u l-bqija. |
| Bħalissa, b’konsultazzjoni mal-banek f’pajjiżna, qed | issir ħidma biex jitfasslu regolamenti dwar self fuq id-djar. Minn dawn ir-regolamenti, kemm dawk li diġa daħlu fis-seħħ, kif ukoll fuq is-self għax-xiri tad-djar, għandhom igawdu l-aktar iż-żgħażagħ – forsi anki koppji żgħażagħ – li jkunu waslu biex jixtru l-ewwel dar tagħhom. |
MCCAA
| Fil-ftuħ ta’ dan id-diskors kelli l-opportunita’ | nsemmi l-Awtorita’ ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur. It-twaqqif ta’ din l-Awtorita’ kienet waħda mill-wegħdiet elettorali fl-2008. Fil-verita’, permezz tagħha, se nkunu qed inwettqu tlieta mill-proposti f’dak il-manifest elettorali. |
| L-għan tal-Awtorita’ l-ġdida se jkun dak li s-swieq | f’pajjiżna jaħdmu aħjar. Irridu li nsaħħu l-fiduċja bejn il-konsumaturi u n-negozji. Irridu nsaħħu s-sinerġija bejn il-Protezzjoni tal-Konsumatur, il-prattiċi tan-negozju tajbin u l-interessi tal-konsumatur. |
| Nemmnu li l-konsumatur Malti għandu dritt ikun | infurmat tajjeb b’tali mod li jħossu komdu meta jiġi biex jagħmel l-għażliet tiegħu. Nemmnu li l-konsumaturi u n-negozji għandu jkollhom fiduċja akbar f’xulxin u anki fl-Awtorita’ li se tinħoloq biex tappoġġjahom. |
| Fid-diskors tiegħi, kemm illum kif ukoll drabi oħra, | tkellimt fuq il-konsumaturi bħala “aħna”. Iva – aħna. Għaliex aħna lkoll konsumaturi. F’din il-kategorija ssib lill-mara tad-dar, lill-ħaddiema, lill-pensjonanti, liż-żgħażagħ, lis-sidien tan-negozji, lil tal-ħwienet u anki lill-industrijalisti l-kbar. Iva – aħna lkoll konsumaturi. |
| L-Awtorita’ l-ġdida se tkun qed tieħu taħt il-kappa | tagħha dawk il-funzjonijiet kollha li sa issa kienu jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Kompetizzjoni u l-Konsumatur, l-Awtorita’ Maltija għall-Istandards, u l-Laboratorju Nazzjonali. Fi kliem ieħor se tkun responsabbli mit-tħaddim tal-Politika tal-Kompetizzjoni, tal-Politika tal-Konsumatur, tal-Istandards, taċ-ċertifikazzjoni, mis-sorveljanza tas-suq, mis-sigurta’ tal-prodotti li jitpoġġew fis-suq, mill-qies u mill-kejl tal-prodotti li jinxtraw mill-konsumatur Malti. |
| Inħossni fiduċjuż li permezz ta’ din il-liġi l-ġdida | li tistabbilixxi l-Awtorita’ ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, se nkunu qed nibnu fuq dak li ksibna fis-snin li għaddew meta neħħejna r-restrizzjonijiet kollha fuq is-suq, u meta neħħejna l-levies fuq l-importazzjoni, biex illum għandna suq ħieles. |
| Persważ li bil-ħidma li se ssir, il-konsumatur Malti | se jgawdi dejjem aktar minn għażla aktar mifruxa u wiesgħa, minn kwalita’ aqwa ta’ prodotti u servizzi, minn aktar protezzjoni, minn għarfien akbar tad-drittijiet, minn aktar edukazzjoni u informazzjoni u minn prezzijiet aħjar. |
| Bl-Awtorita’ l-ġdida se jgawdu l-konsumaturi, iżda | wkoll is-sidien tan-negozji. Dan għaliex jekk ikollna prattiċi tan-negozju aħjar milli għandna llum tiżdied il-fiduċja fin-negozji u n-nies jixtru aktar. Jekk innaqqsu l-prattiċi abbużivi, tiżdied il-fiduċja tal-konsumatur fin-negozji u l-bejgħ u l-konsum jiżdied. X’ħin il-konsumatur jinduna li s-sidien tan-negozji jidħlu minn jeddhom biex josservaw codes of good practice, jibdew jafdawhom aktar u jixtru aktar ukoll. |
| Ma | jien ngħid xejn ġdid f’dan. Qabel ma’ f’pajjiżna daħħalna l-munita ewro, l-iskema Fair kienet saret standard ta’ ftehim li tal-ħwienet kienu daħlu għalih minn jeddhom biex iserrħu ras il-konsumatur li ma kienux se jidħku bihom. Ta’ dan, tal-ħwienet u anki min mexxa dik l-iskema ħaqqu kull tifħir. Naħseb li wasal iż-żmien li nerġgħu nirreplikaw dak li sar ftit taż-żmien ilu. Konvint li minn dan l-eżerċizzju jkun qed igawdi kullħadd. |
| Ma | nistax ma nerġax nagħmel enfasi fuq l-edukazzjoni u l-informazzjoni. Nemmnu fl-importanza tal-empowerment tal-konsumatur. Propju minħabba f’dan, fix-xhur li ġejjin se nkunu qed inniedu wkoll pubblikazzjoni għall-konsumaturi kollha. Din il-pubblikazzjoni, kif ħabbarna fil-Budget, se tintuża biex teduka lill-konsumaturi dwar id-drittijiet tagħhom iżda wkoll dwar it-tipi ta’ prodotti differenti li jeżistu fis-suq Malti, dwar x’għandhom ifittxu meta jkunu jridu jixtru xi ħaġa partikolari, u dwar tant affarijiet oħra ta’ interess. |
Konklużjoni
Fix-xhur li għaddew għamilna ħafna għall-konsumatur. Iżda fadlilna ħafna aktar x’nagħmlu.
Il-messaġġ liż-żgħażagħ tagħna - u lill-pubbliku ġenerali – għandu jkun imsejjes fuq dawn il-prinċipji.
- eżerċitaw id-drittijiet tagħkom;
- kunu infurmati għax l-informazzjoni tagħtikom is-saħħa;
- semmgħu leħinkom u
- aġixxu b’responsabbiltà.
Huwa fl-interess ta’ kulħadd li titkattar l-informazzjoni li kull konsumatur għandu jkun konxju tagħha, fosthom dik dwar id-drittijiet Ewropej li mas-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea saru wkoll drittijiet tal-konsumatur Malti.
Prosit lill-organizzaturi għal dan is-seminar ta’ dalgħodu.
Grazzi.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003